Michael Essien
Michael Kojo Essien (twieled fit-3 ta' Diċembru 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Ganiż.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Michael Kojo Essien | ||
Twelid | 3 ta' Diċembru 1982 Accra, Gana | ||
Tul | 1.77 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1998-1999 | Liberty Professionals | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2000-2003 | Bastia | ||
2003–2005 | Lyon | ||
2005-2014 | Chelsea | ||
2012-2013 | → Real Madrid (self) | ||
2014–2015 | Milan | ||
2015–2016 | Panathinaikos | ||
2016–2018 | Persib Bandung | ||
2019–2020 | Sabail | ||
Tim nazzjonali | |||
2002–2014 | Gana |
Karriera
immodifikaEssien beda l-karriera tieghu ma' Liberty Professionals fil-Gana. Fis-sena 2000, huwa mar jilgħab fi Franza ma' Bastia. Essien għamel tliet snin jilgħab ma' Bastia u fis-sena 2003 issieħeb ma' Lyon. Ma' Lyon, Essien lagħab ukoll fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba. Matul il-ħames snin li għamel jilgħab fi Franza huwa akkwista ċ-cittadinanza Franċiża.
Fl-2005, Essien ingħaqad mal-klabb ta' Chelsea għas-somma ta' 38 miljun ewro u li f'dak iż-żmien kien l-aktar akkwist għoli mill-plejers Afrikani ta' kull żmien. Ma' Chelsea, Essien rebaħ il-Premier League fl-2006 u fl-2010, tliet edizzjonijiet tal-FA Cup u l-Football League Cup. Fl-2008, Essien lagħab ukoll fil-finali tal-UEFA Champions League. Huwa rebaħ l-unur tal-Gowl tas-Sena għal Chelsea darbtejn, fl-istagun 2006–07 u 2008–09.
Fil-31 ta' Awissu 2012, ftit ħin qabel ma' ngħalqet is-sessjoni ta' trasferimenti tas-sajf, ingħaqad b'self ma' Real Madrid, fejn reġa' sab lil José Mourinho, il-kowċ preċedenti tiegħu meta kien jilgħab ma' Chelsea. Fil-konferenza stampa tal-preżentazzjoni tiegħu bħala plejer ġdid ta' Real Madrid huwa stqarr: "Missieri għajjatli u jien qiegħed hawn. U hekk nikkunsidrah. Ħadni ma' Chelsea, niftehmu mill-ewwel, dak huwa it-terminu l-aktar preċiż". Fit-3 ta' Novembru 2012, fl-għaxar preżenza tiegħu fil-kampjonat Spanjol, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-89 minuta fil-logħba li Real MAdrid rebħu bl-iskor ta' 4–0 kontra Real Zaragoza.
Fi tmiem il-kampjonat, Essien irritorna lura ma' Chelsea. F'Jannar tal-2014, matul l-aħħar ġimgħa tas-suq ta' trasferimenti tax-xitwa, ingħaqad b'mod permanenti ma' Milan fis-Serie A. Huwa ffirma kuntratt sat-30 ta' Gunju 2015 u għażel il-flokk bin-numru 15.
Internazzjonali
immodifikaEssien irrappreżenta lill-Gana fit-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena fl-1999. Iddebutta mat-tim nazzjonali tal-kbar f'Jannar tal-2002. Mal-Gana ħa sehem fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani u fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, fejn il-Gana waslu sal-aħħar sittax.
Ħoloq esterni
immodifika- Michael Essien fuq Soccerbase
- Michael Essien – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)
- Michael Essien fuq National-Football-Teams.com