Marcon Bezzina (twieldet fil-11 ta' Settembru 1985) hija ġudoka Maltija. Fl-età ta' disa' snin bdiet tippratika l-ġudo,[1] u fl-età tenera ta' sbatax-il sena rnexxielha tirbaħ il-midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2003 u anki l-midalja tal-fidda fl-avveniment tal-iskwadra. Fl-Olimpjadi ddebuttat fl-Olimpjadi tas-sajf 2004 ġewwa Ateni. Bħalissa qiegħda tattendi l-Università ta' Bath ġewwa l-Ingilterra.[1] Fl-Olimpjadi tas-sajf 2008 hi ġarret il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi.[2] Sfortunatament għal Marcon, hi sfat elimata fl-ewwel rawnd minn Kahina Saidi tal-Alġerija.

Marcon Bezzina
Ħajja
Twelid 11 Settembru 1985 (39 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni judoka
Piż 65 kg
Tul 162 cm

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "About Marcon" (bl-Ingliż). Marcon Bezzina. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-14. Miġbur 2008-07-27.
  2. ^ "Marcon Bezzina to be Flag bearer" (bl-Ingliż). NOC Malta. 2008-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-23. Miġbur 2008-07-27.

Ħoloq esterni

immodifika