Patri Emmanwel Magri (Valletta, 27 ta' Frar 1851 - Sfax, 29 ta' Marzu 1907) kien etnografu, arkeologu u kittieb Malti.

Magri għamel kontribuzzjoni kbira bħala studjuż bil-kollezzjoni tal-ħrejjef u drawwiet tradizzjonali Maltin li ġabar. Ix-xogħol ta' Magri fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, salva għall-posterità ħafna materjal etnografiku li kieku kien jintilef permezz tal-modernizzazzjoni u l-firxa tal-edukazzjoni.

Patri Magri kien wieħed mill-pijunieri fl-arkeoloġija Maltija. Kien membru tal-ewwel kumitat biex imexxi l-Mużew ta' Malta flimkien ma' Antonio Annetto Caruana, N. Tagliaferro u Temi Zammit. Patri Magri ħa ħsieb l-iskavi tal-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni, Tempju Megalitiku fix-Xewkija (Għawdex), u għadd ieħor ta' siti f'Malta u Għawdex.

Magri daħal fis-Soċjetà ta' Ġesù fl-1871 u ġie ordnat fl-1881 f'Tortosa (Spanja), u ħa l-voti solenni fil-15 ta' Awwissu 1890, fl-Istanbul (it-Turkija). Bħala Ġiżwita għallem f'diversi Kulleġġi tal-Ġiżwiti f'Malta u t-Turkija. Serva wkoll bħala Assistent tal-Provinċjal ta' Sqallija (1898–1902) u bħala rettur tas-Seminarju ta' Għawdex (1902–1906). Magri miet f'daqqa fid-29 ta' Marzu 1907 fi Sfax fit-Tuneżija, fejn kien mar biex jipprietka l-eżerċizzi tar-Randan u jiċċelebra l-Għid għak komunità Maltija.

Referenzi

immodifika
  • Briffa, Josef Mario
    • "Historical Introduction" f' E. Magri, Ruins of a Megalithic Temple at Xeuchia (Shewkiyah) Gozo. First report, ed. minn Charles Cini SDB, Malta: Salesians and Heritage Malta, 2009, pp. 6-9.
    • "Patri Manwel Magri u l-Ipoġew", Lil Ħbiebna, Novembru 2003, pp. 195-197.
    • "New Light on Fr Magri's exploration of the Hypogeum: Notes from correspondence with the British Museum.", Malta Archaeological Review, Ħarġa 6, 41-46. Malta, 2005.
  • Magri, Emmanuel*
    • X. Jgheid il Malti fuk misserijietna u-l g̃ganti mfisser mill Patri Manuel Magri,... Ganni Muscat, Malta 1904.
    • Three Punic Inscriptions re-discovered in Malta. Edited with translation and Commentary, Malta: Stamperija tal-Gvern, 1901.
    • Ruins of a Megalithic Temple at Xeuchia (Shewkiyah) Gozo. First report, Malta, 1906.
  • Mallia, Salv.
    • Manwel Magri S.J., Malta: Istitut Komunikazzjoni Soċjali, 1978
    • "Fr. Manwel Magri's Contribution to the Conservation of Malta's archaeological Heritage", Melita Historica 9 (1985), 145-169.
    • b"Fr. Magri and Conservation: a Postscript", Melita Historica 9 (1985), 245-246.
    • "Magri, Emmanuel (Manwel)", in Diccionario Histórico de la Compañia de Jesús III, 2472. Roma & Madrid, 2001.
  • Mifsud Chircop, George
    • Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna [edizzjoni kritika tal-ħrejjef ta' Magri] Malta, 1994.