Måneskin

grupp mużikali rock Taljan

Måneskin[1] (pronunzja bit-Taljan: [ˈmɔːneskin][2]; pronunzja bid-Daniż: [ˈmɔːnəˌske̝nˀ][3]; li bid-Daniż tfisser “dawl tal-qamar”) huwa grupp mużikali rock Taljan li ngħaqad f’Ruma fl-2016. Il-grupp mużikali huwa magħmul minn Damiano David (vuċi), Victoria De Angelis (bass), Thomas Raggi (kitarra) u Ethan Torchio (tnabar).[4] Meta ngħaqad il-grupp kien idoqq fit-toroq, iżda mbagħad sar popolari ħafna wara li spiċċa t-tieni fil-ħdax-il staġun tat-talent show X Factor fl-Italja fl-2017 u ffirma mat-tikketta diskografika Sony, filwaqt li kiseb prominenza internazzjonali meta rebaħ il-Festival Mużikali ta’ Sanremo fl-2021 u l-Festival tal-Eurovision tal-2021 – f’dan tal-aħħar irrappreżenta l-Italja bil-kanzunetta "Zitti e buoni".

Il-Måneskin fl-2018

Wara li rrilaxxa żewġ albums, Il ballo della vita (2018) u Teatro d'ira: Vol. I (2021), EP wieħed, u tmien singles, il-grupp laħaq il-quċċata tal-klassifiki mużikali Taljani u Ewropej diversi drabi, u kkollezzjona 23 ċertifikazzjoni tal-platinu u sitta tad-deheb mill-FIMI[5], b’bejgħ ta’ iżjed minn miljun diska fl-Italja qabel l-iżvolta ta’ wara l-Eurovision. Fl-2021, il-Måneskin sar l-ewwel grup mużikali Taljan li laħaq l-aqwa 10 fil-Klassifika tas-Singles fir-Renju Unit, u s-single "Zitti e buoni" u l-kanzunetta "I Wanna Be Your Slave" wkoll laħqu l-aqwa 10 fil-Klassifika Esklużiva ta’ Billboard fl-Istati Uniti tal-aqwa 200 diska globali.[6]

Karriera immodifika

2015-2016: Mużika fit-toroq immodifika

 
Il-kantant Damiano David

Il-membri tal-grupp mużikali Damiano David, Victoria De Angelis u Thomas Raggi ltaqgħu għall-ewwel darba ma’ xulxin bħala studenti tal-iskola postsekondarja f’Ruma, filwaqt li Ethan Torchio minn Frosinone ma damx ma ssieħeb magħhom meta kienu qed ifittxu għal xi ħadd li jaf idoqq it-tnabar biex jikkompletaw il-grupp mużikali.[7][8][9] Għalkemm l-oriġini tal-grupp mużikali jmorru lura għall-2015[10], il-Måneskin ingħaqdu uffiċjalment fl-2016 meta l-membri tal-grupp mużikali kellhom jagħżlu isem peress li kienu ddeċidew li jirreġistraw għal Pulse, kompetizzjoni mużikali lokali għall-gruppi mużikali emerġenti.[11][12] Huma u jippruvaw jaslu għal isem tajjeb għall-grupp mużikali, De Angelis, li hija nofsha Daniża, ġiet mistoqsija minn sħabha tgħid xi kliem bid-Daniż, u lkoll qablu fuq Måneskin (li tfisser “dawl tal-qamar”), għalkemm it-tifsira tal-kelma mhijiex relatata mal-grupp mużikali nnifsu.[13] Il-kompetizzjoni Pulse kienet punt ta’ żvolta għall-karriera tal-grupp mużikali, peress li kellhom jibdew jiktbu l-kanzunetti tagħhom stess. Il-kompetizzjoni waslithom biex idoqqu fil-Felt Music Club & School quddiem xi 200-300 ruħ, u iktar ’il quddiem rebħu l-ewwel premju.[14]

Iktar ’il quddiem daqqew fit-toroq tad-distrett ta’ Colli Portuensi f’Ruma, kif ukoll fiċ-ċentru storiku ta’ Ruma, inkluż f’Via del Corso. Wieħed mill-ewwel kunċerti f’ħin reali tagħhom ’il barra minn belt nattiva tagħhom sar f’Faenza fl-2016 fil-Laqgħa tat-Tikketti Diskografiċi Indipendenti. Bejn wieħed u ieħor xi 30 ruħ attendew għall-ispettaklu.[15] Wara vjaġġ fid-Danimarka, li matulu l-grupp mużikali daqq f’spettakli lokali f’ħin reali, il-Måneskin saru iktar ħaġa waħda flimkien, u bdew idoqqu flimkien għal diversi sigħat kuljum.[16]

2017-2019: X Factor u żvolta bħala debuttanti b’Il ballo della vita immodifika

Fl-2017, il-grupp mużikali ħa sehem fil-ħdax-il staġun tat-talent show X Factor tal-Italja, taħt il-gwida tal-mentor tagħhom Manuel Agnelli, u spiċċaw fit-tieni post wara Lorenzo Licitra.[17] Hemmhekk għamlu diversi verżjonijiet “cover”, fosthom “Beggin” tal-Four Seasons, “Take Me Out” ta’ Franz Ferdinand u “Somebody Told Me” ta’ The Killers. Il-kanzunetta “Chosen”, li daqqew matul il-programm, ġiet rilaxxata bħala single fl-24 ta’ Novembru 2017 mit-tikketta diskografika Sony Music u telgħet fit-tieni post fil-Klassifika Taljana tas-Singles tal-FIMI.[18][19] Din il-kanzunetta ġiet inkluża fl-EP bl-istess titlu, u ġiet rilaxxata f’nofs Diċembru 2017 flimkien ma’ diversi covers li l-grupp mużikali kien daqq f’X Factor.[20] L-EP ġiet iċċertifikata bħala tal-platinu mill-Federazzjoni tal-Industrija Mużikali Taljana (FIMI).[21]

 
Il-logo tal-Måneskin

Fit-23 ta’ Marzu 2018, il-grupp mużikali rrilaxxa l-ewwel single tiegħu bit-Taljan, “Morirò da re”, li kompliet is-suċċess kummerċjali tiegħu. L-ewwel awdjo sħiħ fi studjo tal-Måneskin, li kien jinkludi “Morirò da re” u li kien ippreċedut bil-ballata single “Torna a casa”, ġie rrilaxxat fis-26 ta’ Ottubru 2018. Kemm l-album, bit-titlu ta’ Il ballo della vita, u s-single “Torna a casa” telgħu sparati fil-quċċata tal-klassifiki fl-Italja. Sabiex jippromwovi l-album, il-grupp mużikali rrilaxxa teatralikament film dokumentarju, bit-titlu ta’ This Is Måneskin. Il-film intwera għall-ewwel darba fl-Italja fis-26 ta’ Ottubru 2018.

F’Jannar 2019, il-grupp mużikali rrilaxxa r-raba’ single tiegħu “Fear for Nobody”, filwaqt li f’April 2019, il-ħames single tiegħu “L'altra dimensione” telgħet fir-raba’ pożizzjoni fil-Klassifika tas-Singles tal-FIMI. Dak iż-żmien, il-grupp mużikali kien jidentifika l-iktar mas-sitt single tiegħu “Le parole lontane” rrilaxxat f’Settembru 2019 li telgħet mal-aqwa ħamsa fil-Klassifika tas-Singles u ġiet iċċertifikata bħala tal-platinu. Matul l-ewwel tour mużikali tal-karriera tiegħu fl-2018 u fl-2019, il-biljetti kollha tal-kunċerti tal-grupp mużikali f’70 data nbigħu kollha (total ta’ iktar minn 140,000 biljett. Dawn kienu jinkludu l-ewwel tour Ewropew tal-Måneskin bi ħdax-il data fejn telqu l-biljetti kollha fi Spanja, Franza, l-Iżvizzera, il-Ġermanja, il-Belġju u r-Renju Unit.[22]

Mill-2020 ’il quddiem: Teatro d'ira u żvolta globali immodifika

Mill-aħħar tal-2019 sar-rebbiegħa tal-2020, il-grupp mużikali daqq f’ħin reali f’Londra fejn ħadem fuq l-istil mużikali u materjal ġdid. F’Ottubru 2020, ġie rrilaxxat is-seba’ single tal-Måneskin, “Vent'anni”. Fis-6 ta’ Marzu 2021, il-grupp mużikali rebaħ il-Festival Mużikali ta’ Sanremo tal-2021 bil-kanzunetta “Zitti e buoni”, qabel id-diska ta’ Francesca Michielin u Fedez u dik ta’ Ermal Meta. Ir-rebħa tagħhom ġiet meqjusa minn ħafna bħala sorpriża, peress li l-ġeneru rock mhuwiex wieħed tipiku fl-istorja tal-Festival ta’ Sanremo. Qabel Sanremo, il-grupp mużikali ħabbar il-proġett ġdid ta’ reġistrazzjoni tiegħu bit-titlu ta’ Teatro d'ira, u t-tieni album fi studjo Vol. I ġie rrilaxxat fid-19 ta’ Marzu 2021.[23]

Festival tal-Eurovision immodifika

 
Il-Måneskin bħala mistednin fis-semifinali tal-Festival tal-Eurovision tal-2021

Bħala r-rebbieħa tal-Festival Mużikali ta’ Sanremo tal-2021, il-Måneskin ġew iddeżinjati bħala rappreżentanti tal-Italja fil-Festival tal-Eurovision tal-2021, li sar f’Rotterdam, in-Netherlands, bl-istess kanzunetta “Zitti e buoni” li kienet rebħet il-Festival ta’ Sanremo dik is-sena (għajr għal żewġ kelmiet vulgari li ġew mibdula f’konformità mar-regoli tal-Festival tal-Eurovision). Il-grupp mużikali kien fost il-favoriti ewlenin biex jirbħu l-festival, u l-previżjonijiet ġew ikkonfermati fit-22 ta’ Mejju meta l-grupp rebaħ bi spettaklu enerġetiku, b’total kumplessiv ta’ 524 punt. B’hekk l-Italja rebħet il-Eurovision għat-tielet darba wara r-rebħa ta’ Gigliola Cinquetti fl-1964 u Toto Cutugno fl-1990. Il-Måneskin saru wkoll l-ewwel grupp mużikali u “Zitti e buoni” l-ewwel kanzunetta rock li rebħu l-Festival tal-Eurovision minn meta rebħu l-Lordi b’“Hard Rock Hallelujah” għall-Finlandja fl-2006. Meta ġabar il-premju, Damiano stqarr “Min-naħa tagħna nixtiequ ngħidu lill-Ewropa kollha, anzi lid-dinja kollha, li r-rock 'n roll ma jmut qatt!”.[24] Barra minn hekk, Damiano u l-grupp mużikali kollu ċaħdu kategorikament l-allegazzjonijiet li Damiano ħa xi droga fil-Eurovision waqt il-votazzjoni jew li d-diska ġiet ikkupjata jew hija wisq simili għad-diska “You want it, you’ve got it” tal-grupp mużikali Olandiż, The Vendettas.[25][26]

 
Il-Måneskin fl-2021

Wara l-kompetizzjoni, l-album Teatro d'ira Vol. I, is-single tiegħu “Zitti e buoni”, il-kanzunetti “I Wanna Be Your Slave” u “Coraline” kif ukoll rilaxxi oħra tal-grupp mużikali telgħu fil-klassifiki mużikali ta’ kull ġimgħa fl-Ewropa kollha u lil hinn, inkluż diversi klassifiki globali ta’ Spotify. “Zitti e buoni” u “I Wanna Be Your Slave” telgħu wkoll fl-aqwa 10 fil-Klassifika Esklużiva ta’ Billboard fl-Istati Uniti tal-aqwa 200 diska globali. "Zitti e buoni" saret ukoll l-ewwel kanzunetta Taljana fi 30 sena li telgħet fil-klassifika tal-aqwa 20 single fir-Renju Unit, u laħqet is-17-il post. "I Wanna Be Your Slave" hija l-ewwel kanzunetta ta’ grupp mużikali Taljan li laħqet il-klassifika tal-aqwa 10 (peak #5), u biha l-Måneskin saru l-ewwel rebbieħa tal-Eurovision minn żmien Celine Dion kellhom żewġ kanzunetti fil-klassifika tal-aqwa 40 tar-Renju Unit, u hit tal-aqwa 10 b’kanzunetta li ma ħaditx sehem fil-kompetizzjoni. Peress li l-cover tagħhom tal-2017 "Beggin'' telgħet ukoll fl-aqwa 10 (peak #7), huma saru l-ewwel grupp mużikali Taljan u l-ewwel grupp mużikali assoċjat mal-Eurovision b’żewġ kanzunetti fl-aqwa 10 tal-klassifiki tas-singles tar-Renju Unit fl-istess ħin. Id-debutt tagħha kien fil-Billboard Hot 100 fit-78 post, u b’hekk il-Måneskin saru it-tieni rebbieħa tal-Eurovision fl-istorja reċenti li telgħu f’din il-klassifika.

F’Ġunju 2021 huma għamlu tour promozzjonali Ewropew bi spettakli f’għadd ta’ festivals mużikali tas-sajf fil-beraħ, fosthom Rock for People u Nova Rock Festival. Il-grupp mużikali ħabbar ukoll album ġdid fi studjo sa tmiem is-sena b’kunċerti f’erba’ dati fil-Palazzetto dello Sport u fil-Forum ta’ Mediolanum f’Diċembru 2021 u l-ewwel dati ta’ tour fl-Italja f’Marzu 2022 fl-Arena Unipol li jintemm f’April fl-Arena ta’ Verona b’bejgħ ta’ ’l fuq minn 100,000 biljett. Fis-sajf 2022 huma skedati li jdoqqu fir-Rock am Ring u fir-Rock im Park.[27]

Fl-4 ta’ Lulju 2021, il-kwartett laħaq il-quċċata tal-klassifika dinjija ta’ Spotify bil-verżjoni tiegħu ta’ Beggin' tal-Madcon, li oriġinarjament kienet ġiet irrilaxxata tliet snin qabel fl-EP Chosen.[28]

Stil u influwenzi mużikali immodifika

Skont Damiano David, il-"grupp huwa traduzzjoni tal-mużika tal-passat fil-modernità”.[29] Il-Måneskin ġew ikklassifikati bħala rock popolari/pop, rock alternattiv, glam rock, u hard rock. L-istil mużikali tagħhom inbidel minn wieħed b’ħoss mużikali ta’ rock popolari b’influwenzi funk fl-ewwel album fi studjo, għal hard rock fit-tieni album fi studjo, bħal pereżempju f’"Zitti e buoni". Id-dehra u l-ħoss mużikali tagħhom ġew imqabbla mal-mużika rock tas-snin 70 tas-seklu 20. Il-membri tal-grupp mużikali kkwotaw diversi influwenzi mużikali u tal-moda, fosthom Led Zeppelin, Fleetwood Mac, Nirvana, Radiohead, Franz Ferdinand, David Bowie u Gentle Giant, ir-Rolling Stones u The Doors, Arctic Monkeys, Red Hot Chili Peppers, Harry Styles, Bruno Mars, R.E.M. u l-gruppi mużikali Taljani Marlene Kuntz, Verdena u Afterhours.

Membri tal-grupp mużikali immodifika

  • Damiano David – vuċi (mill-2016)
  • Victoria De Angelis – bass (mill-2016)
  • Thomas Raggi – kitarra (mill-2016)
  • Ethan Torchio – tnabar (mill-2016)

Diskografija immodifika

  • Il ballo della vita (2018)
  • Teatro d'ira: Vol. I (2021)
  • Rush! (2023)

Filmografija immodifika

Lista ta’ films fejn jidhru l-Måneskin
Sena Titlu Parti Noti
2018 This Is Måneskin Huma nfushom Dokumentarju[30]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Måneskin | Official Web Site". Måneskin (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-18. Miġbur 2021-07-13.
  2. ^ "X Factor Italia (December 6, 2017). I Måneskin in collegamento dal Polo Nord | Videodiario 7. YouTube".
  3. ^ "måneskin — Den Danske Ordbog". web.archive.org. 2021-04-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-12. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Maneskin | Rolling Stone Italia". web.archive.org. 2019-03-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-03-05. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Maneskin conquistano il mondo! Dischi d'oro e concerti già esauriti" (bit-Taljan). 2021-06-15. Miġbur 2021-07-13.
  6. ^ Nast, Condé. ""We Are Just Four Friends Doing What We Love": Eurovision Breakout Star Måneskin's Damiano David Plans On Staying Humble". British Vogue (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-13.
  7. ^ "Tutto quello che c'è da sapere sui Maneskin". Agi (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-13.
  8. ^ Mastrantonio, Luca (2018-03-29). "Måneskin: «Così facciamo ballare anche le mamme»". Corriere della Sera (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-13.
  9. ^ Povoledo, Elisabetta (2021-06-16). "They Won Eurovision. Can They Conquer the World?" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-13.
  10. ^ "PressReader - Corriere della Sera - La Lettura: 2017-12-31 - «Ehi ra­gà, se­gui­te voi stes­si »". web.archive.org. 2019-01-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-01-11. Miġbur 2021-07-13. soft hyphen character f'|titlu= f'pożizzjoni 69 (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ "Maneskin – X Factor | Sky Uno". web.archive.org. 2018-08-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-08-21. Miġbur 2021-07-13.
  12. ^ "Ciclone Maneskin, il rock è coatto: "Semo de Roma" - Repubblica.it". web.archive.org. 2019-12-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-16. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ ""Si dice Maneskin, non Moleskine!": origine e significato del nome della band – X Factor | Sky Uno". web.archive.org. 2019-01-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-01-10. Miġbur 2021-07-13.
  14. ^ "Maneskin, storia della band - Corriere.it". web.archive.org. 2021-01-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-20. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "I Måneskin a Faenza sul palco del Mei: "Suonarono di fronte a non più di 30 persone"". web.archive.org. 2019-01-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-01-10. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "√ Damiano (Maneskin) si racconta: 'Con la pelliccia come Mick Jagger' | News | Rockol". web.archive.org. 2019-01-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-01-11. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "X Factor, la vittoria di Lorenzo Licitra: la voce del tenore batte il glam rock dei Maneskin - TV/Radio - Spettacoli - Repubblica.it". web.archive.org. 2018-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "MÅNESKIN "Chosen" | (Radio Date: 24/11/2017)". web.archive.org. 2018-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  19. ^ "italiancharts.com - Måneskin - Chosen". web.archive.org. 2021-03-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-03. Miġbur 2021-07-13.
  20. ^ "Maneskin, per loro uno Speciale Webnotte: la band e un successo che non si ferma più - Musica - Spettacoli - Repubblica.it". web.archive.org. 2018-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "Maneskin, «Morirò da re» è il primo inedito in italiano | Il Mattino". web.archive.org. 2018-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  22. ^ "Maneskin, Il Ballo della Vita Tour: primavera/estate live | Sky TG24". web.archive.org. 2021-05-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-19. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  23. ^ "I Maneskin annunciano il nuovo album 'Teatro d'ira vol. 1': info e data di uscita". web.archive.org. 2021-02-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-11. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ Marshall, Alex; Vincentelli, Elisabeth (2021-05-22). "Italy wins the 2021 Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-13.
  25. ^ "Eurovision winners Måneskin: 'Cocaine? Damiano barely drinks beer!'". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-06-10. Miġbur 2021-07-13.
  26. ^ "Maneskin, the winners of Eurovision, accused of plagiarism". Spain's News (bl-Ingliż). 2021-06-10. Miġbur 2021-07-13.
  27. ^ "I Maneskin riconquistano l'Europa: i concerti internazionali nel 2022". web.archive.org. 2021-05-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-27. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  28. ^ s.r.l, Rockol com. "√ Maneskin sul tetto del mondo: sono ora i più ascoltati su Spotify a livello globale". Rockol (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-13.
  29. ^ "Eurovision 2021: qui est Måneskin, le groupe de rock qui a remporté le concours?". web.archive.org. 2021-05-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-23. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  30. ^ "Måneskin, arriva nei cinema un documentario che racconta il primo album della band | Rolling Stone Italia". web.archive.org. 2021-04-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-10. Miġbur 2021-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)