Lučka Kajfež Bogataj

klimatologa Slovena

Lučka Kajfež Bogataj (twieldet fit-28 ta’ Ġunju 1957) hija klimatologa Slovena li tispeċjalizza fil-meteoroloġija agrikola.[1][2]

Lučka Kajfež Bogataj
Ħajja
Twelid Muniċipalità ta’ Jesenice, 28 Ġunju 1957 (66 sena)
Nazzjonalità Slovenja
Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Ljubljana
Lingwi Ingliż
Sloven
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni klimatologu
Impjegaturi Università ta' Ljubljana
Premjijiet

Ħajja bikrija u edukazzjoni immodifika

Lučka Kajfež Bogataj twieldet fit-28 ta’ Ġunju 1957. Hija ggradwat fl-1980 mill-Fakultà tax-Xjenzi Naturali u t-Teknoloġija tal-Università ta’ Ljubljana u ngħatat id-dottorat tagħha mill-Fakultà tal-Bijoteknoloġija. Imbagħad hija wettqet taħriġ ta’ wara d-dottorat fl-Istati Uniti u fl-Iżvezja.[3]

Xogħol u esperjenza immodifika

Hija riċerkatur u professur fl-Università ta’ Ljubljana. Lučka Kajfež Bogataj taħdem full-time bħala professur fil-Fakultà tal-Bijoteknoloġija u hija President tad-Dipartiment tal-Meteoroloġija Agrikola. Hija kienet ukoll il-kap taċ-Ċentru għall-Bijometroloġija fil-Fakultà tal-Bijoteknoloġija mill-1966. Hija tagħti lekċers fil-Fakultà tal-Matematika u tal-Fiżika kif ukoll fil-Fakultà tal-Arkitettura.[3] Hija wkoll membru tal-Għaqda Meteoroloġika Ewropea. F’pajjiżha hija meqjusa bħala waħda mill-pijunieri fl-istudju tal-impatt tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fir-rigward tat-tkabbir u l-produzzjoni agrikola.[4] Bogataj inħatret bħala membru tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) f’Ġinevra, u fl-2007 kienet il-Viċi President tal-Grupp ta’ Ħidma II “Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà” fit-tħejjija tar-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC.[5]

Rikonoxximenti immodifika

Fl-2008, il-President tas-Slovenja ta’ dak iż-żmien, Danilo Türk, taha l-Ordni tal-Mertu għax-xogħol xjentifiku tagħha dwar it-tibdil fil-klima u d-dedikazzjoni tagħha għall-ħarsien tal-ambjent.[6] Hija kienet parti mill-grupp ta’ esperti tal-IPCC li fl-2007, flimkien ma’ Albert Arnold (Al) Gore Jr., li ngħataw il-Premju Nobel tal-Paċi għall-isforzi tagħhom biex jibnu u jxerrdu iktar għarfien dwar it-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem.[7] L-Università ta’ Veracruz tat medalja lil Bogataj għall-mertu xjentifiku fl-2008. Bogataj għandha wkoll dottorat onorarju mill-Università ta’ Primorska (2011), u ssemmiet fil-grupp ta’ nisa ta’ ispirazzjoni fl-Ewropa fl-2012.[3]

Referenzi immodifika

  1. ^ Čad, Gorazd (2018-07-16). "Interview with Nobel Peace Prize Winner, Lučka Kajfež Bogataj" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-06.
  2. ^ "Admin. "Dürre wie 2003 befürchtet". Volksgruppen".
  3. ^ a b ċ "Ljubljani, Univerza v. "Alumni - University of Ljubljana". www.uni-lj.si".
  4. ^ "WGII Organisation - IPCC". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-04. Miġbur 2021-05-06.
  5. ^ "International Protection of the Environment students at the University of Ljubljana have the opportunity to listen to Professor Dr. Lučka Kajfež Bogata (CIR, Slovenia) – TEPSA" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-06. Miġbur 2021-05-06.
  6. ^ "Predsednik Republike Slovenije > Predsednik republike podelil odlikovanja Red za zasluge". www2.gov.si. Miġbur 2021-05-06.
  7. ^ "Lučka Kajfež Bogataj". European Institute for Gender Equality (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-06.