Liz Truss

politika Brittanika u Prim Ministru tar-Renju Unit

Liz Truss jew Mary Elizabeth Truss (twieldet fis-26 ta' Lulju 1975) hija politiku Brittaniku u Kap tal-Partit Konservattiv u kienet Prim Ministru tar-Renju Unit mis-6 ta' Settembru 2022 sal-20 ta' Ottubru 2022, l-iżjed Prim Ministru fir-Renju Unit li dam l-inqas fil-kariga.[1] Hija kienet Membru Parlamentari (MP) għal-Lbiċ ta' Norfolk mill-2010. Truss ħadmet f'diversi uffiċċji tal-Kabinett taħt l-eks Prim Ministri David Cameron, Theresa May u Boris Johnson.

Liz Truss
78. Prim Ministru tar-Renju Unit

6 Settembru 2022 - 25 Ottubru 2022
Boris Johnson - Rishi Sunak
L-Ewwel Lord tat-Teżor

6 Settembru 2022 - 25 Ottubru 2022
Boris Johnson - Rishi Sunak
Ministru għall-Unjoni

6 Settembru 2022 - 25 Ottubru 2022
Boris Johnson - Rishi Sunak
Ministru għas-Servizz Ċivili

6 Settembru 2022 - 25 Ottubru 2022
Boris Johnson - Rishi Sunak
Kap tal-Partit Konservattiv

5 Settembru 2022 - 24 Ottubru 2022
Boris Johnson - Rishi Sunak
Election: July–September 2022 Conservative Party (UK) leadership election (en) Translate
Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth

15 Settembru 2021 - 6 Settembru 2022
Dominic Raab (mul) Translate - James Cleverly (mul) Translate
membru tat-58 Parlament tar-Renju Unit

12 Diċembru 2019 - 30 Mejju 2024
District: Lbiċ ta' Norfolk
Election: elezzjoni ġenerali tal-2019 fir-Renju Unit
Ministru għan-Nisa u l-Ugwaljanza

10 Settembru 2019 - 6 Settembru 2022 - Nadhim Zahawi (mul) Translate
President tal-Bord tal-Kummerċ

24 Lulju 2019 - 15 Settembru 2021
Liam Fox (mul) Translate
Segretarju tal-Istat għall-Kummerċ Internazzjonali

24 Lulju 2019 - 15 Settembru 2021
Liam Fox (mul) Translate
Kap Segretarju tat-Teżor

11 Ġunju 2017 - 24 Lulju 2019
David Gauke - Rishi Sunak
membru tas-57 parlament tar-Renju Unit

8 Ġunju 2017 - 6 Novembru 2019
District: Lbiċ ta' Norfolk
Election: 2017 United Kingdom general election (en) Translate
Lord Kanċillier

14 Lulju 2016 - 11 Ġunju 2017
Michael Gove - David Lidington (mul) Translate
Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja

14 Lulju 2016 - 11 Ġunju 2017
Michael Gove - David Lidington (mul) Translate
membru tas-56 parlament tar-Renju Unit

7 Mejju 2015 - 3 Mejju 2017
District: Lbiċ ta' Norfolk
Election: 2015 United Kingdom general election (en) Translate
Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

15 Lulju 2014 - 13 Lulju 2016
Owen Paterson (mul) Translate - Andrea Leadsom (mul) Translate
Membru tal-Kunsill tal-Kuruna tar-Renju Unit

2014 -
membru tal-55 parlament tar-Renju Unit

6 Mejju 2010 - 30 Marzu 2015
District: Lbiċ ta' Norfolk
Election: 2010 United Kingdom general election (en) Translate
president of the Oxford University Liberal Democrats (en) Translate

Ħajja
Twelid Oxford, 26 Lulju 1975 (49 sena)
Nazzjonalità Renju Unit
Residenza Thetford (en) Translate
Burnaby (en) Translate
L-ewwel lingwa Ingliż
Familja
Missier John Truss
Omm Priscilla Mary Grasby
Konjuga/i Hugh O'Leary  (2000 -
Edukazzjoni
Alma mater Roundhay School (en) Translate
Kulleġġ ta' Merton : Filosofija, Politika u Ekonomija
Lingwi Ingliż
Għalliema Marc Stears
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
akkawntant
Parteċipant
Tul 165.7 cm
Post tax-xogħol Westminster
Impjegaturi Reform (en) Translate
Shell (en) Translate  (1996 -  2000)
Cable & Wireless plc (en) Translate  (2000 -  2005)
Xogħlijiet importanti Britannia Unchained (en) Translate
Influwenzat minn Margaret Thatcher
Sħubija Justice Select Committee (en) Translate

Truss attendiet il-Kulleġġ ta' Merton f'Oxford u kienet il-President tad-Demokratiċi Liberali tal-Università ta' Oxford. Fl-1996 ggradwat u ngħaqdet mal-Partit Konservattiv. Ħadmet ma' Shell u ma' Cable & Wireless, u kienet viċi direttur tal-grupp ta' esperti msejjaħ Reform.[2] Wara żewġ tentattivi li ma rnexxux biex tiġi eletta fil-House of Commons, ġiet eletta bħala l-MP għal-Lbiċ ta' Norfolk fl-elezzjoni ġenerali tal-2010. Bħala membru parlamentari bla portafoll, hija sejħet għar-riformi f'diversi oqsma ta' politika, fosthom l-indukrar tat-tfal, il-matematika fl-edukazzjoni u l-ekonomija. Hija stabbiliet il-Grupp Imprenditorjali Ħieles tal-MP Konservattivi u kienet l-awtur jew il-koawtur ta' għadd ta' dokumenti u kotba, inkluż After the Coalition (2011) u Britannia Unchained (2012).[3][4][5]

Truss kienet Sottosegretarju Parlamentari tal-Istat għall-Indukrar tat-Tfal u l-Edukazzjoni mill-2012 sal-2014, qabel ma nħatret fil-Kabinett minn Cameron bħala Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali fir-reshuffle tal-kabinett fl-2014. Għalkemm kienet tappoġġa l-kampanja tar-Renju Unit Iktar B'Saħħtu fl-Ewropa biex pajjiżha jibqa' fl-Unjoni Ewropea fir-referendum tal-2016, hija appoġġat il-Brexit (ħruġ tar-Renju Unit mill-UE) wara li ħareġ ir-riżultat. Wara li Cameron irriżenja f'Lulju 2016, Truss inħatret bħala Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja u Kanċilliera minn May, u saret l-ewwel Kanċilliera mara fl-istorja ta' elf sena tal-uffiċċju. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017 fir-Renju Unit, Truss inħatret bħala Kap Segretarju tat-Teżor.[6][7]

Wara li May irriżenjat fl-2019, Truss appoġġat il-kandidatura ta' Johnson biex isir il-kap tal-Konservattivi. Wara l-ħatra ta' Johnson bħala Prim Ministru, huwa ħatar lil Truss bħala Segretarju tal-Istat għall-Kummerċ Internazzjonali u bħala President tal-Bord tal-Kummerċ. Hija kellha rwol addizzjonali bħala l-Ministru għan-Nisa u l-Ugwaljanza f'Settembru 2019. Ġiet promossa għal Segretarju tal-Affarijiet Barranin minn Johnson fir-reshuffle tal-kabinett fl-2021. Inħatret bħala n-negozjatur ewlieni tal-gvern mal-Unjoni Ewropea u bħala l-President tal-Kunsill tal-Partenarjat bejn l-UE u r-Renju Unit f'Diċembru 2021. Wara r-riżenja ta' Johnson f'nofs kriżi tal-gvern, hija rebħet l-elezzjoni għall-kap tal-Partit Konservattiv u ffurmat il-kabinett tagħha.[8][9][10]

Liz Truss irriżenjat mill-kariga ta' Prim Ministru tar-Renju Unit fl-20 ta' Ottubru 2022.[1]

Pubblikazzjonijiet

immodifika
  • Kounine, Laura; Marks, John; Truss, Elizabeth (2008). The value of mathematics. Londra: Reform. ISBN 978-1-905730-09-4.
  • Bassett, Dale; Cawston, Thomas; Thraves, Laurie; Truss, Elizabeth (2009). A new level. Londra: Reform. ISBN 978-1-905730-19-3.
  • Truss, Elizabeth; Bosanquet, Nick (2009). Risky Business: "Nudging" you to make the "right" choices. Londra: Chartered Insurance Institute.
  • Truss, Elizabeth (2011). Academic rigour and social mobility: how low income students are being kept out of top jobs. Centre Forum.
  • Kwarteng, Kwasi; Patel, Priti; Raab, Dominic; Skidmore, Chris; Truss, Liz (2011). After the Coalition. Londra: Biteback Publishing. ISBN 978-1-84954-212-8.
  • Truss, Elizabeth (2012). Affordable quality: new approaches to childcare. Centre Forum.
  • Truss, Elizabeth (2016). EU membership – benefits for animal health and welfare. Veterinary Record. 178 (18): 435.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Liz Truss resigns: PM's exit kicks off another Tory leadership race" (bl-Ingliż). 2022-10-20. Miġbur 2022-10-21.
  2. ^ "Subscribe to read | Financial Times". web.archive.org. 2022-07-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-07-13. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Grylls, Andrew Norfolk, Charlotte Wace, George. "Liz Truss: from teenage Lib Dem to darling of the Tory right" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-07.
  4. ^ "Liz Truss: Conqueror of the Turnip Taliban | The Independent | The Independent". web.archive.org. 2022-06-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-06-08. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Liz Truss: I played Margaret Thatcher at my primary school in Paisley". www.scotsman.com (bl-Ingliż). 2018-09-27. Miġbur 2022-09-07.
  6. ^ "Democracy Live | Your representatives | Elizabeth Truss". web.archive.org. 2014-07-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-17. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ Dale, Iain; Smith, Jacqui (2019). The Honourable Ladies : Volume II: Profiles of Women MPs 1997–2019. La Vergne: Biteback Publishing. ISBN 9781785904479.
  8. ^ "Liz Truss to become UK's third female prime minister | The Independent". web.archive.org. 2022-09-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-09-05. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Queen Elizabeth won't return to London to appoint new British Prime Minister, for first time in her reign - CNN". web.archive.org. 2022-09-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-09-02. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "New prime minister - live updates: Liz Truss addressing Tory party after being named new PM | Politics News | Sky News". web.archive.org. 2022-09-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-09-05. Miġbur 2022-09-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)