Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Taġikistan

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Taġikistan

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Taġikistan irratifika l-Konvenzjoni fit-28 ta' Awwissu 1992, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Sarazm.

It-Taġikistan għandu żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, wieħed kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit li tniżżel mit-Taġikistan kien is-Sit Proto-Urban ta' Sarazm, fl-2010, filwaqt li l-iżjed siti li żdiedu reċentement huma t-Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum u l-Foresti Tugay tar-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka, fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Sit Proto-Urban ta' Sarazm   Panjakent

39°30′28″N 67°27′37″E / 39.50778°N 67.46028°E / 39.50778; 67.46028 (Proto-urban site of Sarazm)

kulturali:

(ii), (iii)

16 (40) 2010 Sarazm, li tfisser "fejn tibda l-art", huwa sit arkeoloġiku li huwa xhieda tal-iżvilupp ta' insedjamenti umani fl-Asja Ċentrali, mir-raba' millenju Q.K. sal-aħħar tat-tielet millenju Q.K. Il-fdalijiet juru l-iżvilupp bikri tal-proto-urbanizzazzjoni f'dan ir-reġjun. Dan iċ-ċentru ta' insedjament, wieħed mill-eqdem fl-Asja Ċentrali, jinsab bejn reġjun muntanjuż adattat għat-trobbija tal-bhejjem mir-rgħajja nomadiċi, u wied kbir marbut mal-iżvilupp tal-agrikoltura u l-irrigazzjoni mill-ewwel popolazzjonijiet li insedjaw l-inħawi tar-reġjun. Sarazm joħroġ fid-dieher ukoll l-eżistenza ta' skambji kummerċjali u kulturali u ta' relazzjonijiet kummerċjali ma' popli differenti f'żona ġeografika estensiva, estiża mill-isteppi tal-Asja Ċentrali u t-Turkmenistan, sal-pjanura Iranjana, il-wied Indus u saħansitra sal-Oċean Indjan.[5]
Park Nazzjonali tat-Taġikistan (Muntanji Pamir)   it-Taġikistan naturali:

(vii), (viii)

2,500,000 (6,200,000) 2013 Il-Park Nazzjonali tat-Taġikistan ikopri iktar minn 2.5 miljun ettaru fil-Lvant tal-pajjiż, fiċ-ċentru tal-hekk imsejħa "Għoqda tal-Muntanji Pamir", punt fejn jiltaqgħu l-ogħla ktajjen muntanjużi fil-kontinent Ewrasjatiku. Jikkonsisti minn promontorji għoljin fil-Lvant u minn qċaċet ippuntati fil-Punent, uħud minnhom ogħla minn 7,000 metru, u fih ikun hemm varjazzjonijiet staġonali estremi fit-temperaturi. L-itwal glaċier f'wied 'il barra mir-reġjun polari jinsab fost l-1,085 glaċier li huma parti minn dan il-park, li jinkludi wkoll 170 xmara u iktar minn 400 lag. Jikbru bosta speċijiet ta' flora kemm fir-reġjun tal-Lbiċ kif ukoll fir-reġjun tal-Asja Ċentrali tal-park, u jgħixu wkoll għasafar u mammiferi fil-mhedda nazzjonalment (in-nagħaġ Argali ta' Marco Polo, il-leopardi tal-borra, il-mogħoż tal-barr tas-Siberja u ħafna oħrajn). Il-park spiss ikun soġġett għal terremoti qawwijin, bil-kemm huwa abitat, u prattikament mhux affettwat mill-agrikoltura u minn insedjamenti umani permanenti. Joffri opportunità unika għall-istudju tal-plakek tettoniċi u tal-fenomeni taċ-ċediment tal-art.[6]
Toroq tal-Ħarir: il-Kuritur ta' Zarafshan-Karakum*
 
l-Użbekistan, it-Turkmenistan u t-Taġikistan kulturali: (ii), (iii), (v) 2023 [7]
Foresti Tugay tar-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka
 
it-Taġikistan naturali: (ix) 2023 [8]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tajikistan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Proto-urban Site of Sarazm". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tajik National Park (Mountains of the Pamirs)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: Zarafshan-Karakum Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tugay forests of the Tigrovaya Balka Nature Reserve". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.