Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Jemen

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Jemen

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Jemen irratifika l-Konvenzjoni fis-7 ta' Ottubru 1980, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Il-faċċati tad-djar ta' Sana'a qishom irrakkmati bil-bizzilla.

Mill-2023, il-Jemen b'kollox għandu ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, erba' siti kulturali u sit naturali. L-ewwel sit li tniżżel fl-1982 kien dak tal-Belt Antika Ffortifikata ta' Shibam, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa l-Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib fl-2023. L-Arċipelagu ta' Socotra tniżżel fl-2008 u huwa l-unika Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-UNESCO fil-Jemen.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Raħal Storiku ta' Zabid   Governorat ta' Al Hudaydah, il-Jemen

14°11′53″N 43°19′48″E / 14.19806°N 43.33°E / 14.19806; 43.33

kulturali:

(iii)

1993 Ir-raħal ta' Zabid kien il-belt kapitali tal-Jemen mis-seklu 13 sas-seklu 15. L-università Iżlamika tar-raħal tat kontribut siewi għat-tifrix tal-għarfien Iżlamiku.[5]
Belt Antika ta' Sana'a   Governorat ta' Sana'a, il-Jemen

15°21′20″N 44°12′29″E / 15.35556°N 44.20806°E / 15.35556; 44.20806

kulturali:

(iv)(v)(vi)

1986 Sana'a tinsab f'wied muntanjuż u ilha abitata għal iktar minn 2,500 sena. Saret ċentru għat-tifrix tal-Iżlam fis-sekli 7 u 8. Il-belt fiha djar-torrijiet uniċi bit-tajn ikkumpattjat, kif ukoll 103 moskea u 14-il ħammamli nbnew qabel is-seklu 11.[6]
Belt Antika Ffortifikata ta' Shibam   Governorat ta' Hadhramaut, il-Jemen

15°55′37″N 48°37′36″E / 15.92694°N 48.62667°E / 15.92694; 48.62667

kulturali:

(iii)(iv)(v)

1982 Il-belt iffortifikata tas-seklu 16 ta' Shibam hija fost l-eqdem u l-aqwa eżempji ta' ppjanar urban vertikali, bi djar-torrijiet tal-brikks u t-tajn distinti tagħha li wasslu biex titlaqqam bħala "l-Manhattan tad-deżert".[7]
Arċipelagu ta' Socotra   Governorat ta' Socotra, il-Jemen

12°30′00″N 53°50′00″E / 12.5°N 53.8333333°E / 12.5; 53.8333333

naturali:

(x)

410,460 (1,014,300) 2008 Għalkemm jagħmel parti mill-massa tal-art tal-kontinent Afrikan, l-Arċipelagu ta' Socotra huwa amministrat mill-Jemen. Huwa magħruf għall-bijodiversità kbira u għall-flora u l-fawna distinti tiegħu, b'għadd kbir ta' speċijiet endemiċi li ma jeżistu mkien iktar fid-dinja. Barra minn hekk, isostni firxa wiesgħa ta' għasafar u ta' organiżmi tal-baħar.[8]
Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib   Marib, il-Jemen kulturali: iii, iv 2023 Marib kienet iċ-ċentru tar-Renju ta' Saba, possibbilment ir-Renju ta' Sheba. Ir-renju kellu l-kontroll tal-biċċa l-kbira tal-kummerċ tal-inċens madwar il-Peniżola tal-Arabja u kellu rwol ewlieni fl-iskambju kulturali mal-Mediterran u mal-Lvant tal-Afrika. Il-monumenti ta' Marib imorru lura għall-ewwel millenju Q.K. sal-wasla tal-Iżlam għall-ħabta tas-630 W.K. Dawn jinkludu t-Tempju ta' Barran, it-Tempju ta' Awam (fl-istampa), il-belt antika ta' Marib, id-Diga Antika ta' Marib, u l-belt antika ta' Sirwah. Is-sit tniżżel minnufih bħala sit fil-periklu minħabba t-theddidiet tal-Gwerra Ċivili fil-Jemen.[9]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Yemen - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Zabid". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Sana'a". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Walled City of Shibam". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Socotra Archipelago". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Landmarks of the Ancient Kingdom of Saba, Marib". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.