Liebru Ewropew

(Rindirizzat minn Lepus europaeus)

Il-Liebru Ewropew jissejjaħ b' ħafna ismijiet komuni fosthom, Liebru kannella ta' l-Ewropa, Liebru komuni u Fenek ħmar tal-Lvant. Xjentifikament magħruf bħala Lepus europaeus u huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja.

Liebru Ewropew
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruLepus
speċi Lepus europaeus
Pallas, 1778
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Tqala 42 ġurnata
Marki tal-lokomozzjoni tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus a-Jimxi, b-Jaqbeż, c-Jiġri.
Liebru Ewropew Lepus europaeus jiġri.

Il-Liebru Ewropew huwa mammiferu ta' ħeffa kbira u kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa. Dan jikber bejn 50 u 70 ċentimetru eskluż id-denb li ġeneralment ikun bejn 7 u 11-il ċentimetru ieħor u l-piż ta' liebru adult jista jvarja minn sottospeċi għal oħra bejn 2.5 u 6.5 kilogrammi.

Għalkemm normalment il-Liebru Ewropew Lepus europaeus huwa mammiferu ta' natura mistħijja u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, dan jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa, fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġieba hija xejn aktar ħlief kompetizjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' ferneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irriżulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru jew li għadhom mhumiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni tal-irġiel.

Ras ta' skeletru ta' Lepus europaeus jiġri.

Il-Liebru Ewropew, ma jgħixx bħall-biċċa l-kbira tal-fniek f'bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmula minn ħofra baxxa magħrufa bħala "il-forma" jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din mhijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezzjoni fiżika billi jitwieldu miksijin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom.

Distribuzzjoni

immodifika

Dan il-liebru mifrux mit-Tramuntana, għall-Punent, saċ-ċentru tal-Ewropa u fil-Punent tal-Asja għalkemm illum il-ġurnata id-distribuzzjoni ta' dan il-liebru kibret billi ġie introdott mill-bniedem fil-Lvant tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq fejn jissejjaħ Fenek ħmar tal-Lvant, fil-Lbiċ lejn in-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' Isfel, fil-Lvant tal-kontinent tal-Awstralja u f'New Zealand.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u l-ispeċi maqsuma minn tal-inqas f'16-il sottospeċi.

Gallarija

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq jew Linkijiet Esterni

immodifika