Kristu tal-Baħħara
Kristu tal-Baħħara hija statwa ta' Ġesù Kristu taħt il-baħar żewġ kilometri l-barra mill-kosta ta' Malta. Din inħadmet mill-iskultur Malti Alfred Camilleri Cauchi fil-fibreglass miksi bil-konkos. Cauchi ġie kkummissjonat biex iwettaq dan ix-xogħol minn kumitat ta’ għaddasa mmexxi minn Raniero Borg biex jonora ż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’Malta fl-1990. L-istatwa hija mmudellata fuq Kristu tal-Abbiss tal-bronż f’San Fruttuoso, l-Italja u hija waħda mill-ħafna kopji f’postijiet madwar id-dinja.
Oriġinarjament l-istatwa kienet tniżżlet ħdejn il-Gżejjer ta’ San Pawl fl-1990. Wara 10 snin l-istatwa tmexxiet minn San Pawl il-Baħar għall-ponta tal-Qawra minħabba d-deterjorazzjoni tal-viżibilità fl-ilma u tnaqqis fl-għadd ta' għaddasa li kienu qed iżuru l-post. L-istatwa tinsab taħt 35 metru ta’ ilma qrib il-fdalijiet tal-MV Imperial Eagle, wieħed mill-ex-vapuri t'Għawdex, attrazzjoni oħra għall-għaddasa.
Referenzi
immodifika- Cini, George (18 May 2000). "Underwater statue moved to new site". Times of Malta. p. 5.
- "Mega dive". Times of Malta. 6 June 2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 October 2016.