Karavanseraj Persjani

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iran

Il-Karavanseraj Persjani huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn 54 komponent fl-Iran. Il-karavanseraj kienu qishom bereġ tul ir-rotot tal-ivvjaġġar, li kienu jipprovdu kenn, ikel u ilma għall-karovani, għall-pellegrini u għal vjaġġaturi oħra. Ir-rotot u l-pożizzjonijiet tal-karavanseraj kienu jiġu ddeterminati mill-preżenza tal-ilma, mill-kundizzjonijiet ġeografiċi u mit-tħassib dwar is-sigurtà. L-54 komponent ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma persentaġġ żgħir ħafna tal-bosta karavanseraj li nbnew tul ir-rotot antiki tal-Iran. Dawn jitqiesu bħala l-iżjed eżempji influwenti u siewja tal-karavanseraj tal-Iran, u joħorġu fid-dieher firxa wiesgħa ta' stili arkitettoniċi, l-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi, u l-materjali tal-kostruzzjoni. Huma mifruxa tul eluf ta' kilometri u nbnew matul diversi sekli. Flimkien juru l-evoluzzjoni u n-network tal-karavanseraj fl-Iran, fi stadji storiċi differenti.[1][2][3][4]

Qasr-e-Bahram.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Karavanseraj Persjani ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Komponenti

immodifika
ID (UNESCO) Ritratt Isem Provinċja
1668-001   Deyr-e Gachin Qom
1668-002   Noushirvān Semnan
1668-003   Āhovān Semnan
1668-004   Parand Tehran
1668-005   Robāt-e Sharaf Razavi Khorasan
1668-006 Anjireh Ājori Yazd
1668-007 Anjireh Sangi Yazd
1668-008   Abbās Ābād Tāybād Razavi Khorasan
1668-009   Jamāl Ābād East Azerbaijan
1668-010 Qelli North Khorasan
1668-011   Fakhr-e Dāvūd
1668-012   Sheikhali Khān
1668-013   Maranjāb
1668-014   Amin Ābād
1668-015 Gabr Ābād
1668-016   Mahyār
1668-017   Gaz
1668-018 Kūhpāyeh
1668-019   Mazinān
1668-020   Mehr
1668-021   Zafarāniyeh
1668-022 Fakhr Ābād
1668-023 Sarāyān
1668-024   Qasr-e Bahrām
1668-025   Mayāmey
1668-026   Abbās Ābād
1668-027   Miāndasht
1668-028   Zeynoddīn
1668-029   Meybod
1668-030   Farasfaj
1668-031   Īzadkhāst
1668-032   Bisotūn
1668-033   Ganjali Khān
1668-034   Yengeh Emām
1668-035   Khājeh Nazar
1668-036 Goujebel
1668-037   Sāeen
1668-038   Titi
1668-039 Dehdasht
1668-040 Khoy
1668-041 Bāgh-e Sheikh
1668-042 Neyestānak
1668-043 Chehel Pāyeh
1668-044   Khān
1668-045 Deh Mohammad
1668-046   Tāj Ābād
1668-047   Chāh kūrān
1668-048   Kharānaq
1668-049   Rashti
1668-050   Borāzjān
1668-051 Chameshk
1668-052   Afzal
1668-053   Bastak
1668-054   Saʿadossaltaneh

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Persian Caravanserai". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
  2. ^ AFP (2023-09-18). "Tell Al Sultan, Iran's caravanserais added to world heritage list". DAWN.COM (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
  3. ^ "Iran submits UNESCO dossier on collective caravanserais". Tehran Times (bl-Ingliż). 2021-02-26. Miġbur 2023-12-28.
  4. ^ "UNESCO assessors to examine centuries-old Iranian caravanserai". Tehran Times (bl-Ingliż). 2021-08-27. Miġbur 2023-12-28.