Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kabinett immexxi mill-Priministru Joseph Muscat kien magħmul minn 14-il Ministru u 10 Segretarji Parlamentari. Il-Kabinett inħatar fit-8 ta' Ġunju 2017. Minn dawn l-24 deputat, 16 minnhom kienu xi darba f'kabinetti preċedenti Laburisti. Edward Scicluna, Evarist Bartolo, Chris Fearne, Chris Cardona u Josè Herrera żammew l-istess responsabbiltajiet li kellhom fil-leġiżlatura preċedenti. Il-kabinett fih tliet nisa.
F'dan il-Kabinett inħolqu 2 segretarjati parlamentari ġodda għal kollox: dak tas-Suq tal-Propjetà u dak tal-Akkomodazzjoni Soċjali.
Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett:
Ministri
immodifikaMinistru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Michael Farrugia
Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Owen Bonnici
Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Evarist Bartolo
Ministru tal-Finanzi: Edward Scicluna
Ministru tal-Ekonomija, investiment u negozji żgħar: Chris Cardona
Ministru tas-Saħħa: Chris Fearne
Ministru tal-Familja u drittijiet tat-tfal: Michael Falzon
Ministru tal-Enerġija u l-Ilma: Joe Mizzi
Ministru tal-Ambjent: Josè Herrera
Ministru tat-Turiżmu b'enfasi dwar l-Air Malta: Konrad Mizzi
Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Carmelo Abela
Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Helena Dalli
Ministru tat-Trasport u Infrastruttura: Ian Borg
Ministru ta' Għawdex: Justyne Caruana
Segretarju Parlamentarji
immodifikaSegretarju Parlamentari fi ħdan OPM, għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u servizzi finanzjari: Silvio Schembri
Segretarju Parlamentari fi ħdan OPM, għaċ-ċittadinanza, simplifikazzjoni u riformi: Julia Farrugia
Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, sport u għaqdiet volontarji: Clifton Grima
Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u djalogu soċjali: Aaron Farrugia
Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali: Silvio Parnis
Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018: Deo Debattista
Segretarju Parlamentari għall-Biedja u sajd: Clint Camilleri
Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà: Chris Agius
Segretarju Parlamentari Akkomodazzjoni Soċjali: Roderick Galdes
Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva: Anthony Agius Decelis