Joe Mizzi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Joe Mizzi jokupa l-kariga ta` Ministru tal-Energija u l-Immanigjar tal-Ilma u ilu f'din il-posizjoni minn Gunju tal-2017. Hu kien jokupa il-kariga ta` Minsistru tat-Trasport u Infrastruttura minn l-2013 sa nofs l-2017.
Joe Mizzi | |||
---|---|---|---|
District: DIstrett 2 Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||
Ħajja | |||
Nazzjonalità | Malta | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku |
Politika
immodifikaMizzi ilu jirrapreżenta lil Partit Laburista fil-Parlament Malti sa mill-1987. Għal ħafna snin huwa serva bħala whip tal-Grupp Parlamentari Laburista anki fiż-żmien diffiċli meta fl-1998 Dom Mintoff ma kienx qed jivvota man-naħa tal-Gvern Laburista. Serva ukoll fuq diversi kumitati parlamentari u f’diversi strutturi tal-Partit Laburista. Mill-1989 sal-2013, serva bħala Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Membru tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Serva wkoll bhala Ministru bla Portafoll fil-Gvern Laburista ta' Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998. F’diversi okkażjonijiet irrapreżenta lil pajjiż kif ukoll lil Partit Laburista f’diversi fora reġjonali kif ukoll internazzjonali. Ħadem fl-oqsma tal-protezzjoni tar-riżorsi u ambjent, l-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjoni, il-qasam marittimu, il-protezzjoni ċivili u l-esplorazzjoni għaż-żejt.
Wara l-Elezzjoni Ġenerali 2013 huwa nħatar Ministru tat-Trasport u Infrastruttura.
Ħajja Personali
immodifikaMizzi għandu għal qalbu il-wirt storiku filwaqt li kien u għadu attiv f’diversi għaqdiet u soċjetajiet kulturali u mużikali.