Juan Carreño
Juan Carreño Lara (twieled fl-14 ta' Awwissu 1909 – miet fis-16 ta' Diċembru 1940) kien plejer tal-futbol Messikan li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Juan Carreño Lara | ||
Twelid | 14 ta' Awwissu 1909 Messiku | ||
Mewt | 16 ta' Diċembru 1940 (31 sena) | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
Atlante | |||
Tim nazzjonali | |||
1928–1934 | Messiku |
Karriera
immodifikaFil-karriera qasira tiegħu hu lagħab mal-klabb Messikan ta' Atlante.
Mat-tim nazzjonali tal-Messiku, Carreño lagħab fl-Olimpjadi tal-1928 u fit-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel Messikan li skorja fit-Tazza tad-Dinja, wara l-gowl ta' konsolazzjoni fit-telfa ta' 4–1 kontra Franza.
Hu miet fl-1940 fl-età ta' 31 sena kawża ta' appendiċite.
Ħoloq esterni
immodifika- Juan Carreño – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)