Joseph Cassar Galea

avukat u politiku Malti

Joseph F. Cassar Galea (1920–1989) kien avukat Malti u politiku mal-Partit Nazzjonalista, li serva bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għal tliet xhur fil-bidu tal-1953.

Joseph Cassar Galea
Rappreżentant tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

24 April 1967 - 1 Jannar 1971
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

2 Mejju 1966 - 24 April 1967
Rappreżentant tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

3 Mejju 1965 - 2 Mejju 1966
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Jannar 1953 - Marzu 1953 - Edwin Busuttil
Ħajja
Twelid Raħal Ġdid, 10 Lulju 1920
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 14 Diċembru 1989
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat

Cassar Galea twieled f'Raħal Ġdid fit-18 ta' Lulju 1920. Huwa baqa' assoċjat ma' dik il-lokalità għall-kumplament ta' ħajtu, sew għax ħareġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet ġenerali ripetutament b'suċċess bejn l-1951 u l-1976, kif ukoll permezz ta' mafkar mill-Partit Nazzjonalista f'Raħal Ġdid.[1]

Karriera Politika

immodifika

Cassar Galea laħaq speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti f'Jannar tal-1953 wara li rreżenja ta' Anthony Pullicino. Ir-reżenja ta' Pullicino wasslet għal l-ewwel vot ta' fiduċja fil-Parlament ta' Malta impressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff kontra l-Prim Ministru tal-Gvern ta' Koalizzjoni Ġorġ Borg Olivier. Il-kwistjoni kienet dwar kemm verament kien hemm saħħa fil-koalizzjoni għall-gvern bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers Party immexxi mit-tabib Pawlu Boffa. Il-vot (18 bi 17) għadda favur il-gvern bil-casting vote tal-ispeaker.[2]

Fl-4 ta’ Diċembru 1964, Cassar Galea kien involut f’ħabta ta’ ajruplan flimkien ma’ numru ta’ passiġġieri oħra fix-Xmara Demerara fil-Gujana, fl-Amerika t’Isfel.[3]

Huwa serva bħala rappreżentat ta' Malta fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bejn Mejju tal-1965 u Jannar tal-1971.[4]

Fl-1974 Cassar Galea kien wieħed minn sitt membri parlamentari tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista kont l-kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Malta.[3]

Huwa miet fl-14 ta' Diċembru 1989 u ndifen fiċ-Ċimiterju tal-Addollorata f'Raħal Ġdid.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Ellul, James Aaron (2019-05-18). "Tifkira u rikonoxximent lil Joseph Cassar Galea". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-09-02.
  2. ^ Vella, Matthew (8 November 2011). "The third vote of confidence called by a post-war Prime Minister". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-02.
  3. ^ a b Barry, Duncan (27 October 2014). "Former MP's daughter speaks of constant struggles her father faced in politics - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-09-02.
  4. ^ Council of Europe. "Mr Joseph CASSAR GALEA (Malta)". coe.int (bl-Ingliż).
  5. ^ Parlament ta' Malta (15 Diċembru 1989). "Kondoljanzi". parlament.mt (bil-Malti).