Joel Chukwuma Obi (Lagos, 22 ta' Mejju 1991) jew sempliċiment magħruf bħala Joel Obi, huwa plejer tal-futbol Niġerjan li jilgħab bħala midfilder.

Joel Obi
Informazzjoni personali
Isem sħiħJoel Chukwuma Obi
Twelid22 ta' Mejju 1991 (1991-05-22) (33 sena)
LagosNiġerja
Tul1.77 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliSalernitana
Numru22
Mixtliet
2005–2010Inter
Karriera professjonali
SninKlabb
2010–2015Inter
2013–2014Parma (self)
2015–2018Torino
2018–2021Chievo
2019Alanyaspor (self)
2021–Salernitana
Tim nazzjonali
2011–Niġerja

Karriera

immodifika

Obi għamel id-debutt għal Inter fid-29 ta' Settembru 2010 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League f'logħba kontra Werder Bremen.[1] Huwa lagħab fl-aħħar 10 minuti tal-logħba wara li daħal bħala sostitut fit-80 minuta minflok il-midfilder Dejan Stanković. Inter kienu rebħu bl-iskor ta' 4-0.

Obi għamel id-debutt fis-Serie A fis-17 ta' Ottubru 2010 kontra Cagliari meta kien sostitwit minn Philippe Coutinho fis-66 minuta.[2] Inter rebħu l-logħba 1-0 grazzi għal gowl minn Samuel Eto'o.

F'Jannar tal-2011, Parma xtraw nofs is-servizzi ta' Obi fit-trattativa li rat lil Nwankwo Obiora jingħaqad magħhom. Obi xorta waħda baqa' ma' Inter sa tmiem l-istaġun.[3] Hu beda l-istaġun 2011–12 fejn lagħab mal-ewwel ħdax fil-finali tas-Supercoppa kontra r-rivali Milan, li Inter tilfu 2–1 minkejja li Obi kien fost l-aqwa fil-grawnd. F'Jannar tal-2012, Parma ċedew in-nofs li akkwistaw lill-Inter għas-somma ta' €3.5 miljun u l-plejer beda jirċievi 700 elf fis-sena.[4]

Internazzjonali

immodifika

Obi għamel id-debutt internazzjonali tiegħu għan-Niġerja fid-9 ta' Frar 2011 f'logħba ta' ħbiberija kontra s-Sierra Leone f'Lagos.

Statistika

immodifika
Aġġornata sat-23 ta' Jannar 2013
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Inter 2010–11 10 0 2 0 1 0 0 0 13 0
2011–12 27 0 2 0 7 0 1 0 37 0
2012–13 2 0 1 0 1 1 4 1
Total tal-karriera 39 0 5 0 9 1 1 0 54 1
Inter

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Joel Chukwuma Obi" (bl-Ingliż). UEFA.
  2. ^ "Cagliari 0-1 Inter Milan" (bl-Ingliż). Fox Soccer. 2010-10-17.
  3. ^ "Nwankwo al Parma". tuttomercatoweb.com (bit-Taljan). 2011-01-31.
  4. ^ "Rivoluzione ingaggi: la lista attuale e il tetto futuro, che taglio dei costi!". tuttomercatoweb.com (bit-Taljan). 2012-08-12.

Ħoloq esterni

immodifika