Joe Debono Grech (17 ta' Settembru 1939) kien Ministru fil-Gvern Laburista tat-tmeninijiet u fis-sentejn ta' Alfred Sant. Kien Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit mill-1989 sal-1992, qabel George Abela. Fl-aħħar leġislatura tiegħu fil-Parlament Malti (2013-2017), huwa kien l-ixjeħ Membru Parlamentari u l-iktar wieħed li kien ilu jitla' fil-Parlament Malti sa mill-1971.

Joe Debono Grech
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Malta, 17 Settembru 1939 (84 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Kulleġġ ta' San Alwiġi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Kien Direttur Maniġerjali tal-Medserv bejn l-1976 u l-1987. Okkupa diversi karigi fil-General Workers’ Union, fosthom Segretarju għal Għawdex. Qabel dahal fil-politika huwa kien ghalliem f’Saint Joseph Institute.

Politika immodifika

Debono Grech beda l-karriera politika tiegħu fil-Partit Laburista fl-1958 bħala Segretarju, kif ukoll membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali u aktar tard bħala President ta’ diversi sezzjonijiet tal-partit. Fl-1989 huwa kien elett bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Debono Grech kien Segretarju Propaganda tal-Partit Laburista mill-1970 sal-1987.

Ġie elett ghall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-1976 u baqa’ dejjem jiġi elett kull elezzjoni, sa dik tal-2013, l-aħħar waħda li kkontesta.

Ministru immodifika

Fl-1983 inħatar mill-Perit Dom Mintoff, Ministru tal-Korpi Parastatali u Investiment u aktar tard ġie fdat lilu l-portafoll tal-Agrikoltura u Sajd.

Fl-1996 li huwa nħatar Ministru tat-Trasport u l-Portijiet fil-gvern immexxi minn Alfred Sant.

Fl-Oppożizzjoni immodifika

Wara l-2003 huwa kien l-Kelliem Ewlieni u Shadow Minister għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u s-Sigurtà. Fl-2008 sar Shadow Minister tad-Difiża u l-Portijiet u kien ir-rappreżentant tal-Partit Laburista fil-Kunsill tal-Ewropa u membru tas-Socialist Bureau.

Huwa ngħata Ġieħ ir-Repubblika fl-2017.

Predeċessur
Ġużè Cassar
Deputat Mexxej tal-Partit Laburista
1987–1992

Suċċessur
George Abela