Joe Cutajar

kantant u mużiċist Malti

Joe Cutajar (27 ta' Jannar 1941 – 7 ta' Marzu 2024) kien kantant u mużiċist Malti.

Joe Cutajar
Ħajja
Twelid Valletta, 27 Jannar 1941
Nazzjonalità Malta
Mewt Marzu 2024
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
drummer

Huwa kellu karriera twila fix-xena mużikali lokali, iżda huwa magħruf l-aktar għall-parteċpazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest 1972 bil-kanzunetta L-imħabba, fi dwet ma' Helen Micallef.

Bijografija

immodifika

Minn ċkunitu kien spiss ikunu mal-banda ta’ zijuh Oscar Lucas u eventwalemen ta’ Vinny Vella u Val Valente ukoll. L-ewwel esperjenza tiegħu bħala mużiċist kienet fil-Kenner Club fil-Belt Valletta, meta d-drummer residenti telaq lejn l-Ingilterra u Joe sab postu minfloku. F’qasir żmien Joe kiseb isem għalih innifsu u ntgħażel biex jiftaħ it-Tropicana Club fi Blata l-Bajda. Madwar sena beda jkanta fil-Palm Beach Nightclub ta’ Baħar Iċ-Ċagħaq.[1]

Fl-1959 għamel perjodu qasir apprentista bħala mekkanik.[2]

Apparti l-mużika Cutajar kien iħobb ukoll il-futbol u kien jilgħab mal-Valletta City, Ħamrun Spartans, Żurrieq u s-St. George’s ta’ Bormla.[1]

Popolarità bħala kantant

immodifika

Fl-1966 Joe Cutajar għamel tour ta’ xahrejn f’Londra ma’ zijuh Oscar u l-banda tiegħu.[1]

Joe Cutajar ipparteċipa fil-Malta Song Festival 1969, fejn rebaħ il-premju għall-aqwa kantant, u fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 1984 rebaħ l-ewwel premju bil-kanzunetta Messaġġ ta’ Sliem.

Fl-1972 ġie magħżul biex jirrappreżenta lil Malta fil- Eurovision Song Contest f'dwet ma' Helen Micallef. Il-kanzunetta tagħhom, L-imħabba, kienet rebħet il-Malta Song Festival ftit xhur qabel, oriġinarjament kantata minn Carmen Vella u Mary Rose Mallia. Fil-finali tal-Eurovision, li saret fil-25 ta' Mejju 1972 f'Edinburgh, huma ġew fl-aħħar post minn 18-il parteċipant bi 48 punt.[3]

Fl-1982 kien fost il-kast ta' kantanti fil-verżjoni oriġinali tar-rock opera Ġensna.[4]

Huwa kanta ukoll waqt żewġ edizzjonijiet tal-Malta Jazz Festival fl-1997 ma' Tony Camilleri u fl-2004 mal-banda ta' Paul Abela.[2]

Fl-2021 Cutajar kien mistieden waqt il-festival Mużika Mużika fejn waqt is-Serata tal-Klassiċi u ngħaqad ma’ Michela Galea għall-kanzunetta mir-repertorju tiegħu, Dejjem Għal Xulxin.[1]

Ħajja personali u Mewt

immodifika

Joe Cutajar kien miżżewweġ lil Hilda.[5] Huma kellhom tlett itfal, Simon, Liza, u Manolita.[6]

Cutajar miet fl-età ta' 83 sena, nhar il-Ħamis 7 ta' Marzu 2024.[4] Il-funeral tiegħu sar is-Sibt 9 ta’ Marzu fit-8.30am fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.[7]

Diskografija

immodifika
  • 1977 - This Is Cutajar (Sunray)
  • 1997 - Ftakar (KTA) - cassette + CD

Ma' Helen Micallef (bħala Helen & Joseph)

immodifika

Ma' the Falconiers u l-Incorvia Twins

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Zammit, Frederick (27 Jannar 2024). "Jagħlaq snin l-kantant Joe Cutajar". Newsbook (bil-Malti).
  2. ^ a b Catania, Francesco (2024-03-07). "Titħabbar il-mewt tal-kantant Joe Cutajar". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-03-08.
  3. ^ "Eurovision 1972 Results: Voting & Points". Eurovisionworld (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-08.
  4. ^ a b "Watch: Singer Joe Cutajar dies, aged 83". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-03-07. Miġbur 2024-03-08.
  5. ^ Micallef, Gaetano (2024-03-07). "Imut il-kantant Joe Cutajar" (bil-Malti). Miġbur 2024-03-08.
  6. ^ Zammit, Frederick (9 Marzu 2024). "Joe ferrex l-imħabba kullimkien". Newsbook (bil-Malti).
  7. ^ Zammit, Frederick (8 Marzu 2024). "Joe Cutajar se jingħata l-aħħar tislima fil-Belt Valletta". Newsbook (bil-Malti).

Ħoloq esterni

immodifika