Jhonnattann Da Conceicao
Jhonnattann Benites Da Conceicao (Cardoso Moreira,27 ta' Ġunju 1989) huwa futboler professjonali Brażiljan li jilgħab bħala attakkant fil-klabb tal-Premier League Malti Birkirkara, li qabel lagħab għall-Valletta, Volta Redonda u aktar.
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Jhonnattann Benites Da Conceicao | ||
Twelid | 28 ta' Frar 1981 Cardoso Moreira | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.60m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Valletta FC | ||
Numru | 23 | ||
Klabbs ġovanili | |||
Cardoso Moreira | |||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
Cardoso Moreira | 10 | (12) | |
Desportiva Cabofriense | 8 | (10) | |
2010−2012 | Volta Redonda | 17 | (25) |
2012 | Valletta | 3 | (1) |
2012− | Birkirkara | 38 | (16) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 13:26, 30 ta' Ottubru 2013 |
KarrieraImmodifika
Jhonnattann iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma Cardoso Moreira, klabb minn Rio de Janeiro fil-Brażil. Huwa kellu suċċess kbir mal-klabb li huwa skorja 12-il gowl. Imbagħad, huwa mar ma tim ieħor Brażiljan huwa Desportiva Cabofriense li magħhom skurja 15-il-gowl.
Jhonnattann mexxa għal ma klabb Brażiljan ieħor Volta Redonda li meta f'żewġ staġuni hu rnexxielu jiskorja mhux inqas minn 25 gowl qabel ma ssieħb ma' klabb Malti Valletta FC. Mal-Beltin huwa ħa sehem fl-ewwel rawnd tal-impenji tal-UEFA Champions League. Wara li skorja ruxmata gowls fl-ewwel leg b'rebħa ta' 8-0 kontra Lusitanos, huwa skurja l-gowl tar-rebħa fit-tieni leg. Valletta naqsu milli jilħqu ftehim ma Jhonnattann fuq il-kuntratt tiegħu u l-klabb irrilaxjaħ.
Birkirkara kienu wara Jhonnattann minn qabel ingħaqad ma' Valletta, allura kien biss il-klabb ta Birkirkara li offrielu prova. Jhonnattann irnexxielhu jimpressjona l-ewwel dehra fit-22 Lulju, huwa rnexxielu jiskorja dobjeta fir-rebħa ta 4-2 fuq Sliema Wanderers fil-logħba tal-ftuħ tat-Tazza AME. Jhonnattann kellu 3 prestazzjonijiet oħra pożittivi fit-Tazza AME kontra Qormi, Rabat Ajax u Mosta. Huwa wkoll irnexxielhu jiskorja l-gowl tad-draw fil-logħba kontra Rabat, filwaqt li Birkirkara rebħu 4-1. Il-Kumitat offra kuntratt lil-midfilder Brażiljan, li huwa ffirmaħ fit-3 ta' Awwissu 2012.
Jhonnattann għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma Birkirkara fl-20 ta' Awwissu fl-ewwel logħba tal-Premier League Malti 2012-2013, kontra Melita. Hu kien inkluż bħala sostitut tard fit-tieni taqsima, u ftit mumenti wara hu skorja. Jhonnattann kien skorja tlett gowls f'logħba waħda billi rebbaħ lil-Birkirkara bl-iskor ta' 3-0 kontra Floriana. [1] u rebaħ l-unur tal-plejer tax-xagħar. [2]
UnuriImmodifika
Ħoloq esterniImmodifika
- Profil fuq is-sit ta' Birkirkara
- Statistika fuq transfermarkt
ReferenziImmodifika
- ^ maltatoday, ed. (15 ta' Settembru 2012). "Jhonnattann hat-trick seals victory for Birkirkara" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ maltatoday, ed. (9 ta' Jannar 2012). "BOV Player of the Month – Jhonnattann Benites de Conceicao wins December award" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)