James Aaron Ellul

Politiku, Ġurnalist, Kittieb
(Rindirizzat minn James aaron ellul)

James Aaron Ellul (3 ta' Lulju, 1995) huwa politiku, ġurnalist u kittieb. Huwa Viċi Sindku fil-lokalità tal-Furjana. [1][2]

James Aaron Ellul
kunsillier

Ħajja
Twelid 3 Lulju 1995 (29 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist

Ellul huwa l-iżgħar Kunsillier li qatt ġie elett fil-Floriana, dan hekk kif kien elett meta kellu 19-il sena u dak iż-żmien il-liġi tal-kontestanzjoni kienet tippermeti biss persuni minn 18-il sena 'l fuq.

James Aaron Ellul okkupa wkoll l-irwol ta' Direttur Komunikazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista bejn l-2023-24, fis-sena li saret l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Lokali. Matul din l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk u rebaħ lura għadd ta' lokalitajiet[3].

Fid-9 ta' Settembru 2024 huwa beda jokkupa l-irwol ta' Direttur Librerija Informa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista wara li rriżenja minn Direttur Komunikazzjoni bil-ħsieb li jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali [4]

Studju, Ħajja Personali u Familja

immodifika

Ellul studja fil-Kulleġġ Santu Wistin f'Tal-Pietà, Ġ.F. Abela Junior College, u ggradwa fil-Baċellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Malti mill-Università ta’ Malta. It-teżi tiegħu kienet titratta l-użu tat-termini letterarji użati fid-diskorsi li għamel l-Eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami.[5]

In-negozju tal-familja ta' Ellul fil-Floriana twaqqaf fl-1881 mill-buż-buż-nannu ta' James Aaron Ellul, Lorenzo. Il-laqam tal-familja huwa dak ta' "Ta' Quattromani".[6]

Huwa miżżewweġ lil Sarah u għandhom iben[7][8].

Ġurnaliżmu

immodifika

Ellul beda jaħdem bħala ġurnalist ma’ Net News fl-2014.[9] Huwa jaħdem ukoll bħala xandar tal-aħbarijiet għal Net News, kif ukoll bħala producer ta’ programm fuq Net TV bl-isem PROFILI. Qabel PROFILI kien jipproduċi u jippreżenta l-programm Magħkom.

PROFILI huwa programm ta’ intervisti, li jiltaqa’ ma’ xi uċuħ familjari li ħallew impatt fuq il-ħajja ta’ ħafna madwar l-arċipelagu u lil hinn.[10][11]

Fl-2019 Ellul ifforma wkoll parti minn programm li kien janalizza l-futbol lokali.[12]

Il-Partit Nazzjonalista ħatru fil-kariga ta' direttur tal-komunikazzjoni fi ħdanu f'April tal-2023, minflok Simon Vella Gregory.[13]

Ilment Kontra l-Ministru Clint Camilleri

immodifika

F’Jannar 2021, James Aaron Ellul, li dak iż-żmien kien jaħdem bħala ġurnalist, ippreżenta lment formali dwar kumment denigranti li sarlu mill-Ministru Clint Camilleri. L-inċident, dokumentat f’rapport mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IGM), qajjem tħassib dwar il-libertà tal-istampa u r-rispett lejn il-ġurnalisti f’Malta. Ir-rapport enfasizza l-bżonn ta' mġieba xierqa mill-uffiċjali pubbliċi meta jikkomunikaw mal-ġurnalisti [14].

Politika

immodifika

Fis-snin meta kien student, James Aaron Ellul kien pjuttost attiv f'organizzazzjoni studenteski, bħal pereżempju fl-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) huwa wkoll kien attiv fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN, l-MŻPN (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista). Bejn l-2018 u l-2021 huwa serva bħala Uffiċjal tal-Politika Soċjali[15][16]

Ta’ 17-il sena, Ellul involva ruħu wkoll fil-politika lokali fejn ingħaqad mal-kumitat lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Furjana. Fl-età biss ta’ 18-il sena Ellul ġie elett fil-kariga ta’ President.[17] Huwa għadu l-iżgħar President li qatt ġie elett f’kumitat lokali fil-fergħat lokali tal-PN. James Aaron Ellul serva f'dan l-irwol għal kważi 8 snin qabel ma r-riżenja sabiex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-2022.

Kunsilli Lokali

immodifika

Fil-11 ta’ April 2015, Ellul ġie elett bħala Kunsillier Lokali għal-lokalità tal-Floriana, u sar l-iżgħar Kunsillier Lokali elett f’din il-lokalità[18].

Erba' snin wara, fil-25 ta’ Mejju 2019, Ellul reġa’ ġie elett fil-Kunsill Lokali tal-Furjana [19] wara li kiseb l-aktar voti mill-kandidati tal-PN u kiseb ukoll 88% tal-voti mitfugħa lill-PN. Huwa serva t-tieni mandat tiegħu bħala Kap tal-Minoranza hekk kif il-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jikseb il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kunsill Lokali tal-Furjana.

Ix-xogħol tiegħu fil-Furjana huwa ffukat prinċipalment fuq il-ħidma ta' riġenerazzjoni tal-lokalità[20]. Ilu jaħdem fuq investiment xieraq fil-Furjana, u li l-Gvern għandu jiddiskuti dak kollu li jikkonċerna lill-Furjaniżi u lill-Furjana mal-Kunsill Lokali, speċjalment fuq kwistjonijiet Nazzjonali li jolqtu lir-residenti, bħal pereżempju l-investiment fi Triq Sant’Anna fil-Furjana[21].

Sal-2022 huwa ressaq aktar minn 55 mozzjoni fil-Kunsill. Waħda minnhom kienet dwar investiment u upkeep xieraq fil-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana[22].

Fl-2024, James Aaron Ellul kiseb l-akbar ammont ta' voti fl-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Floriana u kien elett mill-ġdid biex iservi fit-tielet leġiżlatura tiegħu. [23] F'Lulju huwa nħatar Viċi Sindku, b'vot ta' 4-1 hekk kif ġab anki l-appoġġ ta' Kunsillier mill-Partit Laburista [24][25][26].

Triq Sant'Anna

immodifika

Ellul tkellem għal numru ta' drabi dwar in-nuqqas ta' konsultazzjoni għall-proġett ta' Triq Sant'Anna. F'Ottubru 2024, il-Gvern ħabbar proġett pilota li jagħlaq parti minn din it-Triq. Dan kollu ġie mħabbar mingħajr konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali. Infatti dan l-atteġġjament sforza lill-Kunsill Lokali joħroġ stqarrija dwar dan il-proġett u n-nuqqas ta' konsultazzjoni [27].

James Aaron Ellul sostna wkoll li l-Kunsill Lokali talab biex ikun hemm laqgħa mal-Ministru konċernat dwar Triq Sant'Anna, u l-Furjaniżi baqgħu bla tweġiba. Għalhekk il-Kunsill kien kostrett li joħroġ stqarrija iebsa fir-rigward ta' dan il-każ [28].

Il-Ħarsien tal-Fosos

immodifika

James Aaron Ellul, ilu għal żmien twil jaħdem biex jipproteġi u jikkonserva l-Fosos, sit storiku u kulturali ta’ importanza kbira f’Malta. Il-Fosos, mibnija fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, mhumiex biss monument arkitettoniku iżda wkoll spazju għal avvenimenti kbar, fosthom kunċerti, laqgħat politiċi u żjarat papali. Minkejja l-istatus tagħhom bħala proprjetà tal-Kategorija 1, bħal postijiet bħall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Fosos ilhom isofru minn negliġenza, subsidenza, u nuqqas ta’ manutenzjoni kostanti[29][30].

Ellul enfasizza problemi serji, inkluż il-wiċċ mhux livellat minħabba s-subsidenza, it-telf ta’ żewġ lampieri storiċi, u n-nuqqas ta’ responsabbiltà ċara fost l-entitajiet governattivi għall-manutenzjoni tas-sit. Huwa kkritika n-nuqqas ta’ awtorità li tieħu ħsieb dan is-sit u n-nuqqas ta’ ftehimijiet ta’ konservazzjoni effettivi, u saħaq li ma saritx ebda restawr komprensiv għal aktar minn 60 sena. Barra minn hekk, Ellul semma l-falliment li titwettaq valutazzjoni indipendenti tar-riskju, li jemmen li hija kruċjali għall-preservazzjoni tas-sit[31].

B’reazzjoni għal dawn l-isfidi, Ellul nieda petizzjoni fl-2023, li ġabret aktar minn 1,100 firma, biex titlob azzjoni immedjata għas-salvagwardja tal-Fosos[32]. Huwa esprima wkoll frustrazzjoni għan-nuqqas ta’ rispett lejn il-kunsilli lokali, u saħaq li d-deċiżjonijiet relatati mas-sit spiss jittieħdu mingħajr konsultazzjoni adegwata jew konsiderazzjoni għall-kontribut tal-kunsill[33][34]. Ellul u sħabu ressqu proposti għal miżuri ta’ konservazzjoni aktar b’saħħithom u ħeġġew lill-entitajiet governattivi, bħal Heritage Malta, biex jieħdu responsabbiltà għal dan is-sit kruċjali[35]. Huwa tenna li l-preservazzjoni għandha tkun prijorità matul is-sena kollha, mhux biss f’inizjattivi pre-elettorali[36].

James Aaron Ellul kien wieħed mill-10 żgħażagħ l-aktar li jispikkaw għall-2020. Ellul rebaħ l-unur: Il-Politika Legali u/jew Governattiva.[37]

Fl-2024 James Aaron Ellul kien finalist fil-premju Nazzjonali tal-Ktieb, fil-kategorija Studju u Riċerka, permezz tal-ktieb, il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami.[38]

Pubblikazzjonijiet

immodifika

Fl-2022, Ellul ippubblika studju dwar is-Sistema Elettorali ta' Malta, bit-tema prinċipali tkun ir-Riżultat Elettorali tal-2008.[39] Matul il-bidu tal-2023, James Aaron Ellul ħabbar li se jiġi ppubblikat studju dwar Eddie Fenech Adami.[40]

Biblijografija

immodifika
  • 2022 – Pioneers of Democracy: A Study of Malta’s Electoral System with a Focus On the 2008 Electoral Result[39]
  • 2023 - Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami [41]

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Bonavia, Sarah (2024-07-12). ""Se naħdmu b'saħħa favur il-Furjaniżi" - James Aaron Ellul". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-07-17.
  2. ^ Admin. "Independent councillor appointed Floriana mayor, with PN councillor as deputy mayor - The Malta Independent". www.independent.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-17.
  3. ^ "As it happened: Labour's majority evaporates as PN reclaims third MEP seat". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-06-09. Miġbur 2024-09-20.
  4. ^ "PN's Director of Communications steps down, declares intention to contest general election - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-09-20.
  5. ^ "Lista tat-teżijiet li saru fid-Dipartiment tal-Malti" (PDF). Università ta' Malta. Miġbur 2009-04-04.
  6. ^ "Rakkont dwar il-familja ta' Ellul". The People of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  7. ^ Newsroom, N. E. T. (2022-04-30). "Awguri Sarah u James! Jiżżewweġ il-ġurnalist James Aaron Ellul". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-09-20.
  8. ^ Staff Reporter (5/7/2023). "PN communications director and wife welcome firstborn". Newsbook.com.mt (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ "James Aaron Ellul, Awtur NETnews" (bil-Malti). Miġbur 2023-02-01.
  10. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". You Tube. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  11. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". Net on Demand. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-01-29. Miġbur 2023-12-23. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |4= (għajnuna)
  12. ^ https://netnews.com.mt/2019/08/21/replay-20-sena-ta-produzzjoni/
  13. ^ "Journalist appointed PN communications director". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-26.
  14. ^ "Report on complaint refering to a denigrating comment made by Minister Clint Camilleri to a journalist – Istitut tal-Ġurnalisti Maltin" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-10-25.
  15. ^ "Pubblikazzjoni dwar Ellul". issuu. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  16. ^ ""Il-Partit Nazzjonalista jrid isir żagħżugħ" – Il-Kap tal-PN Adrian Delia". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  17. ^ "James Aaron Ellul - Leħnek fil-Floriana by James Aaron Ellul - Issuu". issuu.com (bl-Ingliż). 2015-04-03. Miġbur 2024-09-20.
  18. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  19. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  20. ^ "Kitba dwar l-importanza ta' riġenerazzjoni fil-lokal". Times of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  21. ^ ""Azzjoni issa qabel ikun tard wisq" – James Aaron Ellul". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  22. ^ "Jipproponi park tal-familja fil-Furjana". Newsbook. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  23. ^ Newsroom, T. V. M. (2024-06-14). "Floriana: 2 PL, 2 PN u 1 Independent councillor elected" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  24. ^ Diacono, Tim (2024-07-11). "'He Deserved It': PL Floriana Councillor Justin Haber Votes In Favour Of PN Vice Mayor" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-17.
  25. ^ Gavin, Muscat. "Il-Kunsilliera Laburisti jivvotaw differenti dwar in-nomina ta' James Aaron Ellul bħala Viċi Sindku". Newsbook.com.mt .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  26. ^ Cremona, Robert (2024-07-11). "Jintlaħaq ftehim dwar ħatra ta' Sindku u Viċi Sindku tal-Floriana". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-10-28.
  27. ^ "Floriana council irked at car-free day after Triq Sant' Anna traffic plan is shelved". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-10-24.
  28. ^ Newsroom, N. E. T. (2024-10-23). "Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jikkundanna n-nuqqas ta' konsultazzjoni dwar il-proġett pilota ta' Triq Sant'Anna". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-10-24.
  29. ^ "Who takes care of Floriana's 'fosos'? Councillor wants action on upkeep". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-11-27.
  30. ^ "Councillor calls for protection of Floriana granaries". Times of Malta (bl-Ingliż). 2023-08-30. Miġbur 2024-11-27.
  31. ^ "Floriana councillors want 'real protection' for the Granaries". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-08-08. Miġbur 2024-11-27.
  32. ^ DeBono, Ruth Zammit (2023-09-10). "'Il fuq minn 1,100 persuna jiffirmaw il-petizzjoni għall-protezzjoni tal-Fosos". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-11-27.
  33. ^ "Floriana council signed MOU on Granaries without taking vote, PN councillors say". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-06-01. Miġbur 2024-11-27.
  34. ^ Newsroom, N. E. T. (2024-05-31). ""Toħroġ aktar fil-beraħ kemm għal dan il-Gvern, il-Kunsilli Lokali huma biss 'rubber stamp'" - PN". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-11-27.
  35. ^ AI, Redazione (2024-06-02). "Il Consiglio della Floriana ha firmato il MOU sui Granai senza votare, dicono i consiglieri PN - Gazzetta di Malta" (bit-Taljan). Miġbur 2024-11-27.
  36. ^ "Agreement signed to safeguard Floriana Granaries was 'in violation of Local Councils Act' - PN - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-11-27.
  37. ^ Weekly, The Malta Business (2020-12-10). "JCI Malta awards the ten most outstanding young people for 2020 | The Malta Business Weekly" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  38. ^ "Niċċelebraw l-Eċċellenza Letterarja: Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024 | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb" (bil-Malti). 2024-08-27. Miġbur 2024-09-20.
  39. ^ a b Ellul, James Aaron (2022-01-01). "A Study of Malta's Electoral System with a Focus On the 2008 Electoral Result". Pioneers of Democracy.
  40. ^ MaltaDaily (2023-01-13). "A first of its kind - 'Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami' soon to be published" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  41. ^ "Il-kelma ta' Eddie Fenech Adami" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.