Jacob II Bernoulli

Fiżiku Żvizzeru (1759-1789)

Jakob II Bernoulli (twieled fis-17 ta' Ottubru 1759 – miet fit-3 ta' Lulju 1789[1]), kien matematiku Żvizzeru, membru tal-familja Bernoulli. Johann II Bernoulli kien missieru, Johann Bernoulli kien nannuh u Johann III Bernoulli kien ħuh ikbar minnu.

Jacob II Bernoulli
Ħajja
Twelid Bażel, 17 Ottubru 1759, 27 Ottubru 1759, 28 Ottubru 1759
Nazzjonalità Żvizzera
Mewt San Pietruburgu, 14 Lulju 1789
Kawża tal-mewt mewta aċċidentali (għarqa)
Familja
Missier Johann II Bernoulli
Omm Susanna Koenig
Konjuga/i Charlotte Euler (en) Translate  (1789 -  1789)
Aħwa
Familja
Tribù Familja Bernoulli
Edukazzjoni
Lingwi Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
fiżiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Università Statali ta' San Pietruburgu
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino

Bijografija immodifika

Wara li spiċċa l-istudji letterarji tiegħu intbgħat Neuchâtel biex jipperfezzjona l-Franċiż. Meta mar lura ħa l-lawrja fil-liġi, iżda dawn l-istudji ma taffulux il-passjoni ereditarja li kellu għall-ġeometrija, il-matematika u l-fiżika.

Ħa l-ewwel lezzjonijiet f'dawn l-oqsma minn missieru u kompla taħt id-direzzjoni ta' zijuh Daniel. Tant avvanza fix-xjenza li fl-età ta 21 sena, talbuh jieħu l-katedra tal-fiżika sperimentali fl-Università ta' Basel, li kien ħa jirtira minnha zijuh minħabba l-età avvanzata[2].

Wara, aċċetta l-kariga ta' segretarju tal-Konti ta' Brenner, li tatu l-opportunità li jżur il-Ġermanja u l-Italja. Fl-Italja sar ħabib ta' Antonio Maria Lorgna, professur tal-matematika f'Verona u fundatur tal-għaqda li aktar tard saret l-Accademia Nazionale delle Scienze.

Ġie elett ukoll membru tas-Società Reale di Torino u matul iż-żjara tiegħu f'Venezja, ġie ammess permezz tal-rakkomandazzjoni ta' Nicolaus von fuss, fl-Akkademja tax-Xjenzi tar-Russja, fejn fl-1788 inħatar professur tal-matematika. Fir-Russja għamel riċerka importanti, speċjalment fl-oqsma tal-balistika u l-elastiċità[3].

Xahrejn qabel ma għalaq tletin, għereq fix-xmara Neva f'Lulju tal-1789, ftit xhur wara li żżewweġ lin-neputija ta' Leonhard Euler.

Ħafna mill-kitbiet tiegħu jinsabu fl-ewwel sitt volumi ta' Nova Acta Academiae Scientiarum Imperialis Petropolitanae, fl-Acta Helvetica, fil-Mémoires des Académies de Berlin et Turin u fil-pubblikazzjonijiet ta' ħuh Johann[4].

Referenzi immodifika

  1. ^ Fritz Nagel, Bernoulli, Jacques, 2005
  2. ^ [1] MacTutor History of Mathematics
  3. ^ Richard B. Hetnarski u Józef Ignaczak (2004). Taylor & Francis (ed.). Mathematical theory of elasticity. ISBN 9781591690207.
  4. ^ Bernoulli, Classic encyclopedia

Ħoloq esterni immodifika