Hiroshima (広島市) hija l-ikbar belt fir-reġjun Chūgoku fil-Punent ta' Honshū, l-ikbar gżira tal-Ġappun. Kienet l-ewwel belt fl-istorja tad-dinja li nqerdet b'bomba nukleari meta l-Istati Uniti tal-Amerka tefgħet fuqha bomba atomika fit-8:15am tas-6 ta' Awissu 1945, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Hiroshima
 Ġappun
Amministrazzjoni
Stat sovranĠappun
Prefecture of JapanHiroshima Prefecture (en) Translate
Kap tal-Gvern Kazumi Matsui (en) Translate
Isem uffiċjali 広島市
Ismijiet oriġinali 広島市
Kodiċi postali 730-8586
Ġeografija
Koordinati 34°23′07″N 132°27′19″E / 34.38525°N 132.45531°E / 34.38525; 132.45531Koordinati: 34°23′07″N 132°27′19″E / 34.38525°N 132.45531°E / 34.38525; 132.45531
Hiroshima is located in Japan
Hiroshima
Hiroshima
Hiroshima (Japan)
, u
Superfiċjenti 905.01±0.01 kilometru kwadru
Fruntieri ma' Kure (en) Translate, Higashihiroshima (en) Translate, Akitakata (en) Translate, Hatsukaichi (en) Translate, Kumano (en) Translate, Kaita (en) Translate, Fuchū (en) Translate, Saka (en) Translate, Kitahiroshima (en) Translateu Akiōta (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 1,198,021 abitanti (1 Frar 2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni It-TnejnambUTCIt-Tnejnu 1589
Kodiċi tat-telefon 82
Żona tal-Ħin UTC+9
bliet ġemellati Chongqing (en) Translate, Montreal, Volgograd, Hannover, Daegu, Nagasaki, Ypres (en) Translate, Kontea ta' Honolulu, Aki (en) Translateu Honolulu
city.hiroshima.lg.jp, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…, city.hiroshima.lg.jp…u city.hiroshima.lg.jp…

Il-bomba msejħa "Little Boy" intefgħet minn bomber Amerikan B-29, Enola Gay, u stmat li qatlet direttament 80,000 ruħ. Sal-aħħar tas-sena, il-ġrieħi u r-radjazzjoni tellgħu l-ammont ta' vittmi għal 90,000-140,000 ruħ. Iktar minn żewġ terzi tal-bini tal-belt inqered kompletament. Jumejn wara, l-Amerikani tefgħu bomba oħra fuq il-belt Ġappuniża ta' Nagasaki.

Kontroversja fuq l-attakk nukleari immodifika

L-użu tal-bombi atomiċi, ordnati mill-President Amerikan Harry Truman għadu sal-lum suġġett ta' kontroversja kbira. Fuq naħa hemm min isostni li l-użu ta' dawn il-bombi salvaw il-ħajja ta' eluf ta' suldati Amerikani, Brittaniċi u ta' alleati oħra. Dan għax wara l-bombi, il-Ġappun ċeda u ma kienx hemm bzonn invażjoni tal-Ġappun. Min isostni din il-pożizzjoni jsemmi l-ġlied fil-gżejjer Ġappuniżi jew okkupati mill-Ġappuniżi bħall-Filippini, Saipan, Iwo Jima u oħrajn fejn id-difensuri Ġappuniżi ġġieldu bl-aħrax kontra t-truppi Amerikani. U ġġieldu sakemm mietu għax kien it-twemmin tal-Ġappuniżi, skont il-kodiċi Bushido, kien diżunur mill-ikbar li ċċedi u tispiċċa priġunier. Huwa fatt li l-Ġappun kien qieghed jieħu miżuri estremi biex iwaqqaf l-avvanz tal-alleati, fosthom l-attakki suwicida bl-ajruplani, human torpedos. Sistema "militari" li daħlet fil-vokabolarju dinji l-kelma “kamikaze".

Min-naħa l-oħra hemm min isostni li min ordna u min wettaq l-attakki b'dawn il-bombi qerrieda għandu jitqies bħala “kriminal tal-gwerra". Kien żmien meta l-ajruplani Amerikani B-29, bl-użu ta' bombi konvenzjonali u tan-nar, kienu qegħdin jeqirdu bliet sħaħ tal-Ġappun. Kien żmien meta l-flotta merkantili Ġappuniża kienet spiċċat f'qiegħ il-baħar u l-Ġappun kien wasal f'qagħda fejn ma kienx se jifdallu petrol, materja prima u anke ikel biex jibqa' jirreżisti. Dak iż-żmien ukoll, l-Unjoni Sovjetika ddikjarat gwerra kontra l-Ġappun u bagħtet armati vasti biex kaxkru l-unika armata kbira li kien fadallu l-Ġappun u li kienet fil-Manċurja u l-Korea. Dawn jgħidu li l-iskuża li l-bombi atomiċi ntefgħu għax Truman beza' li tintilef il-ħajja ta' miljun Amerikan ġiet imgiddba anke minn kapijiet militari Amerikani bħall-Ammiral Nimitz u l-Ġeneral Eisenhower li kienu tal-fehma li l-Ġappun kien diġà tilef il-gwerra u li kienu ilhom jipprovaw iċedu minn Mejju 1945, meta l-bombers Amerikani qerdu l-parti l-kbira ta' Tokjo. Fil-fatt il-Ġappuniżi kienu bdew kuntatti mal-mexxej Sovjetiku Stalin biex tintemm il-gwerra. Kollox kien juri li l-Ġappunizi ma kellhom l-ebda cans li jwettqu reżistenza fit-tul. U r-rekords storiċi juru li d-dħul tal-Unjoni Sovjetika fil-gwerra kellu effett ikbar fuq il-mexxejja Ġappuniżi biex iċedu milli kellhom il-bombi atomiċi. L-Amerikani kienu qerdu kwazi kull belt ħlief ħamsa jew sitta li tħallew mhux mittiefsa apposta. Tnejn minn dawn kienu Hiroshima u Nagasaki. Ħafna jemmnu li l-Amerikani ma kellhomx għalfejn “jipprovaw" l-effett devastanti ta' dawn il-bombi għax dan kien evidenti u ċar mill-provi li għamlu. Għalhekk, isostnu ħafna, dawn il-bombi ntefgħu fuq Hiroshima u Nagasaki bħala twissija lil pajjiżi oħrajn. Fuq kollox lill-Unjoni Sovjetika u l-forzi Komunisti fiċ-Ċina li bdew offensiva kontra l-forzi Nazzjonalisti. Għax digà kien hemm fost il-militar tal-Istati Uniti li beda jippjana attakk nukleari biex jeqred lill-Unjoni Sovjetika. Li ġara żgur huwa li l-uzu tal-armi mill-Amerikani wera li dawn kienu lesti jużaw armi tant qerrieda u b'hekk bdiet tellieqa li wasslet għal żewġ blokki militari jiffaċċjaw lil xulxin u sikwit tefgħu lid-dinja f'xifer il-qerda sħiħa.