Godwin McKay
(Rindirizzat minn Godwin Mckay)
Godwin McKay (twieled fl-20 ta' Lulju 1995) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder ma' Marsa.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Godwin McKay | ||
Twelid | 20 ta' Lulju 1995 Mosta, Malta | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Marsa | ||
Mixtliet | |||
Pietà Hotspurs | |||
Mosta | |||
Birkirkara | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2012−2013 | Birkirkara | ||
2013−2015 | Balzan Youths | ||
2015−2016 | Żebbuġ Rangers | ||
2016−2017 | St. Andrews | ||
2017−2018 | Tarxien Rainbows | ||
2018−2019 | B.93 | ||
2019 | FA 2000 | ||
2019−2020 | B.93 | ||
2020− | Marsa | ||
Tim nazzjonali | |||
2012 | Malta U-19 |
Karriera
immodifikaGodwin beda l-karriera tiegħu meta kellu ftit snin ma' Mosta iżda wara mexa ma' Birkirkara. Il-prestazzjonijiet tiegħu mat-timijiet taż-żgħażagħ wassluh sabiex jiddebutta mat-tim tal-kbar fir-rebħa ta' 3–0 kontra Floriana. Hu ġie msejjaħ ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena.
Ħajja personali
immodifikaL-aktar plejer favorit tiegħu huwa Cristiano Ronaldo u t-tim favorit huwa Real Madrid. Minbarra l-futbol, il-passatemp favorit tiegħu huwa t-tisjir. L-aqwa xewqa ta' Godwin hija li jilħaq l-ogħla livell tal-futbol fil-karriera tiegħu.[1]
Unuri
immodifika- Birkirkara
Referenzi
immodifika- ^ Galea, Ayrton (2012-10-05). "Godwin McKay Interviewed" (bl-Ingliż). Birkirkara FC. Miġbur 2013-02-07.
Ħoloq esterni
immodifika- Profil fuq is-sit ta' Birkirkara FC