Giacomo Zanella
Giacomo Zanella (twieled fid-9 ta’ Settembru 1820 – miet fis-17 ta’ Mejju 1888) kien presbiteru, traduttur, kittieb, rettur u poeta Taljan.[1]
Giacomo Zanella | |||
---|---|---|---|
1871 - 1872 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Chiampo (en) , 9 Settembru 1820, 1820 | ||
Nazzjonalità | Renju tal-Italja | ||
Mewt | Monticello Conte Otto (en) , 17 Mejju 1888 | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta’ Padova | ||
Lingwi |
Taljan Ingliż Latin | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
saċerdot Kattoliku poeta traduttur kittieb kritiku letterarju għalliem fl-università saċerdot | ||
Impjegaturi | Università ta’ Padova | ||
Sħubija | Accademia della Crusca |
Bijografija
immodifikaHuwa twieled fl-1820 f’Chiampo, ħdejn Vicenza, u rċieva l-edukazzjoni biex isir presbiteru. Wara li sar presbiteru, huwa sar professur fil-liċeo ta’ raħal twelidu, iżda s-simpatiji patrijottiċi tiegħu qanqlu l-għira tal-awtoritajiet Awstrijaċi, u għalkemm kien protett mid-djoċesan tiegħu, kellu jirriżenja fl-1853. Wara l-liberazzjoni ta’ Venezja, il-gvern Taljan ħatru bħala professur f’Padova, u huwa bbrilla bħala poeta mal-pubblikazzjoni tal-ewwel volum ta’ poeżiji tiegħu fl-1868.[1]
Fl-1872 inħakem min-niket minħabba l-mewt ta’ ommu li affettwatlu s-saħħa mentali tiegħu, u dan wasslu biex jirriżenja minn professur. Wara li rkupra għalkollox, huwa ħallas biex tinbnielu villa fix-xatt tax-xmara Astichello ta’ raħal twelidu, u għex hemmhekk fit-trankwillità sa mewtu fl-1888.[1]
L-aħħar volum ippubblikat tiegħu fih sensiela ta’ sunetti l-ġmiel tagħhom, indirizzati lix-xmara, li jfakkru fis-sunetti ta’ William Wordsworth "Sonnets to the Duddon," iżda b’forma iktar perfetta; u "Il Pettirosso" ("Il-Pittirross"), b’xebħ qawwi, għalkemm b’kumbinazzjoni, max-xogħlijiet ta’ Samuel Taylor Coleridge. L-odi tiegħu lil Dante Alighieri, u dik dwar il-ftuħ tal-Kanal ta’ Suez, huma distinti b’dinjità kbira.
Mix-xogħlijiet l-oħra kollha tiegħu, l-iktar individwali huma dawk li fihom, peress li kien impressjonat ferm mill-problemi ta’ żminijietu, huwa pprova jirrikonċilja x-xjenza mar-reliġjon, speċjalment id-djalogu fin bejn John Milton u Galileo, fejn Milton, impressjonat mit-tbassir ta’ Galileo dwar il-konsegwenzi intellettwali tal-progress xjentifiku, jipprova "jiġġustifika għemil Alla lill-bniedem". Zanella kien ekkleżjastiku patrijottiku b’moħħu miftuħ, u l-karattru tiegħu jingħata l-istess ġieħ bħall-poeżiji tiegħu, li jitqiesu bħala qawwija, eleganti u mirquma, u spikka b’xogħlu u għemilu fil-letteratura Taljana moderna. Fost it-temi li kien jittratta kien hemm it-tema ta’ Psike mill-mitoloġija Griega, it-tema tal-patrija, it-tema tal-kampanja u tan-nies umli, it-tema tal-familja, it-tema tax-xjenza u tal-fidi, u t-tema tal-kożmoloġija.
Xogħlijiet
immodifikaPoeżiji
immodifika- Versi, Firenze, G. Barbera, 1868
- Poesie, it-tielet edizzjoni, Firenze, Le Monnier, 1877
- Nuove Poesie, Venezja, L. Segré, 1878
- Astichello ed altre poesie, Milan, U. Hoepli, 1884
- Poesie, ir-raba’ edizzjoni, Firenze, Le Monnier, 1885
- Poesie, edizzjoni ġdida, Firenze, Le Monnier, 1894, f’żewġ volumi (bil-bijografija miktuba minn Fedele Lampertico u l-bijografija ta’ Zanella kkompilata minn Sebastiano Rumor)
- Poesie, Firenze, Le Monnier, 1910, f’żewġ volumi (b’diskors ta’ Arturo Graf u noti bijografiċi ta’ Enrico Bettazzi)
- Poesie, Prima edizione completa, Firenze, Le Monnier, 1928
- Antologia zanelliana di poesie e prose, Enrico Bettazzi, Firenze, Le Monnier, 1930
- Poesie scelte, bl-introduzzjoni u n-noti ta’ Carlo Calcaterra, Torino, SEI, 1946
Traduzzjonijiet
immodifika- E. W. Longfellow, Evangelina, Traduzzjoni ta’ Giacomo Zanella, Milano, U. Hoepli, 1883
- E. W. Longfellow, Miles Standese (novella) e scelte poesie liriche, Traduzzjoni ta’ Giacomo Zanella, Milano, U. Hoepli, 1883
- Teocrito, Idilli tradotti da Giacomo Zanella, Città di Castello, S. Lapi, 1886
- Varie versioni poetiche, Firenze, Le Monnier, 1887
- Versioni poetiche, b’daħla ta’ E. Romagnoli, Firenze, Le Monnier, 1921, f’żewġ volumi.
Esejs
immodifika- Scritti varii, Firenze, Le Monnier, 1877
- Storia della letteratura italiana dalla metà del Settecento ai giorni nostri, Milan, Vallardi, 1880 (edizzjoni diġitalizzata)
- Vita di Andrea Palladio, Milan, Hoepli, 1880
- Paralleli letterari. Studi, Verona, Munster, 1885
- Della letteratura italiana nell'ultimo secolo, Città di Castello, S. Lapi, 1886
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Zanella, Giacomo. 28. Miġbur 2021-05-17.