Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach jew Denb qotni tal-muntanji ta' Appalach jew Denb qotni skur, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus obscurus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach | |
---|---|
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. obscurus |
Isem binominali | |
Sylvilagus obscurus (Chapman, Cramer, Dippenaar, & Robinson, 1992) |
Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin, għalkemm il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach Sylvilagus obscurus huwa kemxejn iċken, għandu l-pil aktar skur u m' għandux it-teba bajda fuq il-moħħ li ġeneralment ikollu il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, iżda minflok għandu teba sewda bejn il-widnejn fuq in-naħa ta' wara tar-ras.
Distribuzzjoni
immodifikaIl-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach huwa speċi ta' denb qotni li hija ġeneralment ristretta għal muntanji ta' Appalach u għandu distribuzzjoni mhux kontinwa li tibqa sejra minn Pennsylvania sal-Grigal fil-Georgia u jinsab ukoll fil-Punent tal-muntanji Blue Ridge fil-Virginia.
Klassifikazzjoni
immodifikaDan il-fenek huwa 1 minn 9 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.
Referenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus obscurus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.