Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach

(Rindirizzat minn Denb qotni skur)

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach jew Denb qotni tal-muntanji ta' Appalach jew Denb qotni skur, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus obscurus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.

Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. obscurus
Isem binominali
Sylvilagus obscurus
(Chapman, Cramer, Dippenaar, & Robinson, 1992)

Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin, għalkemm il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach Sylvilagus obscurus huwa kemxejn iċken, għandu l-pil aktar skur u m' għandux it-teba bajda fuq il-moħħ li ġeneralment ikollu il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, iżda minflok għandu teba sewda bejn il-widnejn fuq in-naħa ta' wara tar-ras.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach huwa speċi ta' denb qotni li hija ġeneralment ristretta għal muntanji ta' Appalach u għandu distribuzzjoni mhux kontinwa li tibqa sejra minn Pennsylvania sal-Grigal fil-Georgia u jinsab ukoll fil-Punent tal-muntanji Blue Ridge fil-Virginia.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.

Referenzi

immodifika