Soccer City
Soccer City, magħruf preċedentament bħala FNB Stadium, huwa stadju li jinsab fiż-żona ta' Soweto f'Johannesburg, l-Afrika t'Isfel. Dan il-grawnd, li ġie inawgurat fl-1989, huwa wieħed mill-istadji prinċipali tal-federazzjoni tal-futbol Sud-Afrikana, b'91,141 post.
Soccer City | |
---|---|
Lokalità | Johannesburg, Afrika t'Isfel |
Koordinati | 26°14′5.27″S 27°58′56.47″E / 26.2347972°S 27.9823528°EKoordinati: 26°14′5.27″S 27°58′56.47″E / 26.2347972°S 27.9823528°E |
Inawgurazzjoni | 1989 |
Rinovazzjoni | 2009 |
Espansjoni | 2009 |
Operatur | South African Football Association |
Wiċċ | Ħaxix |
Spiża tal-kostruzzjoni | Rand 3.3 biljun (USD $ 440 miljun) |
Arkitett | Boogertman & Partners, Populous |
Kapaċità | 91,141 |
Kien f'dan il-post li sar l-ewwel diskors ta' Nelson Mandela f'Johannesburg wara l-ħelsien tiegħu mill-ħabs, u kif ukoll is-sit fejn sar il-funeral ta' Chris Hani.[1]
Kostruzzjoni
immodifikaIl-grawnd ta' Soccer City għadda minn ristrutturazzjoni kbira minħabba t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010, li kienet se ssir fl-Afrika t'Isfel. Dan ingħata disinn ġdid, ispirat minn borma tipikament Afrikana. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-istadju kibret minn 80,000 għal 91,141, biex sar l-ikbar stadju fil-kontinent Afrikan. Il-kostruzzjoni tkompla nhar il-21 ta' Ottubru 2009, u ġie mmarkat permezz ta' ċelebrazzjoni kbira fil-grawnd stess.
Dan huwa wieħed mill-għaxar stadji magħżula għal dan l-avveniment importanti, fejn fost il-ħafna partiti li se jospita, se jkun hemm il-partita inawgurali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Messiku u l-finali tant mistennija tal-11 ta' Lulju 2010.
Tazza tad-Dinja 2010
immodifikaData | Ħin (UTC+2) | Tim 1 | Riżultat | Tim 2 | Rawnd | Attendenza |
---|---|---|---|---|---|---|
11 ta' Ġunju 2010 | 16.00 | Afrika t'Isfel | 1–1 | Messiku | Grupp A (partita tal-ftuħ) | 84,490 |
14 ta' Ġunju 2010 | 13.30 | Netherlands | 2–0 | Danimarka | Grupp E | 83,465 |
17 ta' Ġunju 2010 | 13.30 | Arġentina | 4–1 | Korea t'Isfel | Grupp B | 82,174 |
20 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Brażil | 3–1 | Kosta tal-Avorju | Grupp Ġ | 84,445 |
23 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Gana | 0–1 | Ġermanja | Grupp D | 83,391 |
27 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Arġentina | 3–1 | Messiku | L-Aħħar Sittax | 84,377 |
2 ta' Lulju 2010 | 20.30 | Urugwaj | 1–1 (4–2 pen.) | Gana | Kwarti tal-finali | 84,017 |
11 ta' Lulju 2010 | 20.30 | Netherlands | 0–1 | Spanja | Finali | 88,493 |
Referenzi
immodifika- ^ 2010 FIFA World Cup – Soccer City. FIFA.com.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Soccer City |