Nelson Mandela

l-ewwel president tal-Afrika t'Isfel

Nelson Rohlilahla Mandela (Imwieled it-18 ta' Lulju, 1918 - Miet it-5 ta' Diċembru, 2013) kien President tal-Afrika t'Isfel mill-1994 sal-1999, u kien l-ewwel President Sud Afrikan li tela' f'elezzjoni li fiha setgħu jivvutaw is-suwed. Qabel il-Presidenza, Mandela kien attivista kontra l-apartheid u mexxej tal-fergħa armata tal-ANC. Mandela qatta' 27 sena fil-ħabs, ħafna minnhom fuq il-Gżira ta' Robben. Wara li nħeles mill-ħabs fl-1990, Mandela mexxa lill-partit tiegħu fin-negozjati li wasslu għal demokrazija multi-razzjali fl-1994. Fl-Afrika t'Isfel, Mandela huwa magħruf bħala Madiba, titlu onorarju użat għall-anzjani tat-tribù tiegħu.

Nelson Mandela
19. Segretarju Ġenerali tal-Moviment Mhux Allinjat

2 Settembru 1998 - 1999
Andrés Pastrana Arango (mul) Translate - Thabo Mbeki (en) Translate
10. President tal-Afrika t'Isfel

10 Mejju 1994 - 14 Ġunju 1999
F. W. de Klerk (en) Translate - Thabo Mbeki (en) Translate
membru tal-Assemblea Nazzjonali tal-Parlament tal-Afrika t'Isfel

Ħajja
Isem propju Rolihllahla Mandela
Twelid Mvezo (en) Translate, 18 Lulju 1918
Nazzjonalità Afrika t'Isfel
Residenza Houghton Estate (en) Translate
L-ewwel lingwa Xhosa
Mewt Houghton Estate (en) Translate, 5 Diċembru 2013
Post tad-dfin Qunu (en) Translate
Kawża tal-mewt  (mard respiratorju)
Familja
Missier Gadla Henry Mphakanyiswa
Omm Nosekeni Fanny
Konjuga/i Evelyn Mase (en) Translate  (5 Ottubru 1944 -  19 Marzu 1958)
Winnie Madikizela-Mandela (mul) Translate  (14 Ġunju 1958 -  19 Marzu 1996)
Graça Machel (en) Translate  (18 Lulju 1998 -  5 Diċembru 2013)
Ulied
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater University of the Witwatersrand (en) Translate
University of South Africa (en) Translate Baċellerat tal-Arti
University of Fort Hare (en) Translate
University of London
Lingwi Ingliż
Xhosa
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
awtobijografu
avukat
attivist politiku
priġunier politiku
xeneġġatur
Post tax-xogħol Afrika t'Isfel
Xogħlijiet importanti Long Walk to Freedom (en) Translate
Premjijiet
List
Influwenzat minn Luis Taruc (en) Translate
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi

Oriġini

immodifika

Nelson Mandela twieled nhar it-18 ta' Lulju 1918 f'Umtata, l-Afrika t'Isfel. Missieru kien kap tribali. Hu biss minn ħutu attenda l-iskola. L-ewwel skola li attenda kienet il-Wesleyan Mission School. Attenda l-Università ta' Fort Hare, fejn wara sena spiċċa mkeċċi għax ha sehem fi protesta kontra l-politika tal-università. Spiċċa l-istudji tiegħu bħala avukat f'universita' ġewwa Johannesburg.

Apartheid

immodifika

L-apartheid hija kelma bl-Afrikaans, li tirreferi għal sistema ta' razziżmu u supremazija tal-bojod li kien hemm fl-Afrika t'Isfel sal-1993. Il-Partit Nazzjonali Afrikan għamilha parti mill-politika uffiċjali tiegħu fl-1948. L-apartheid kien jifred il-bojod minn dawk li mhumiex, jiġifieri l-"coloureds" (persuni ta' razza mħallta), "Ażjatiċi" (ta' dixxindenza Indjana), u "bantu" (persuni ta' dixxindenza Afrikana)—u jifred ukoll grupp indiġenu Afrikan minn ieħor. Il-gvern immexxi biss mill-bojod waqqaf il-Bantustans għall-gruppi etniċi Afrikani, billi ta 14% tal-art tal-pajjiż, ħafna minnha ta' kwalita ħażina għall-popolazzjoni li kienet tifforma 75% tas- Sud Afrikani. F'din l-art biss is-suwed setgħu jeżerċitaw ċerti drittijiet. Din il-politika wasslet għal protesti fil-pajjiż u wkoll internazzjonalment. Fl-1961 l-Afrika t'Isfel ma baqgħetx fil-Commonwealth minħabba l-apartheid. B'riżultat tas-sanzjonijiet ekonomiċi internazzjonali u l-bidla soċjali fil-pajjiż, ħafna liġijiet tal-apartheid bdew jispiċċaw sakemm fl-1993 ġiet fis-seħħ kostituzzjoni ġdida li tiċħad ir-razziżmu.

ANC - Il-Kungress Nazzjonali Afrikan u Ħabs

immodifika

Mandela rnexxielu jsir avukat, u fl-1944 ingħaqad ma' l-African National Congress (ANC), u għen biex titwaqqaf il-fergħa taż-żgħażagħ ta' l-organizzazzjoni. Fil-bidu l-protesti kienu jkunu paċifiċi, imma nhar il-5 ta' Diċembru 1956 Mandela flimkien ma' 150 oħra ġew arrestati bl-akkuża ta' tradiment. Fil-bidu tas-sittinijiet Mandela beda jmexxi l-fergħa paramilitari, Umkhonto we Sizwe ("Il-Lanza tan-Nazzjon"). Nhar il-5 ta' Awissu 1962 ġie arrestat fuq l-akkuża li mexxa xi ħaddiema fi strajk u li ħareġ mill-pajjiż bla permess. Fuq dawn l-akkużi ngħata ħames snin ħabs. Fl-1964, meta kien fil-ħabs tressaq il-qorti flimkien ma' oħrajn fuq l-involviment tiegħu fl-African National Congress u ħati ta' sabutaġġ u tradiment. Ingħata sentenza ta' għomor il-ħabs. Matul iż-żmien li qatta' fil-ħabs, Mandela sar simbolu dinji ta' reżistenza kontra d-dominazzjoni tal-bojod fl-Afrika t'Isfel.

Ħelsien mill-ħabs

immodifika

Nhar il-11 ta' Frar 1990 inħeles mill-ħabs wara kampanja mill-African National Congress u pressjoni internazzjonali għall-ħelsien tiegħu. Taħt it-tmexxija ta' F.W. de Klerk, il-gvern neħħa l-aħħar liġijiet li kienu jiffurmaw il-bażi legali ta' l-apartheid fl-1992. F'Marzu iktar minn żewġ terzi tal-votanti f'referendum għall-bojod biss qablu mal-policy tiegħu li jinnegozja kostituzzjoni ġdida li tagħti iktar drittijiet politiċi lis-suwed.

De Klerk u Mandela ingħataw flimkien il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1993 talli ħadmu biex il-pajjiż isir demokrazija mhux razzjali.

Presidenza

immodifika

Wara ħafna taħdidiet bejn mexxejja politiċi bojod u suwed, fl-1994 saru l-ewwel elezzjonijiet tal-pajjiż li fihom setgħu jivvutaw is-suwed. F'Mejju de Klerk ikkonċeda l-presidenza lil Mandela, li rebaħ l-elezzjonijiet. Mandela sar l-ewwel president iswed tal-pajjiż u l-president ta' qablu de Klerk baqa' jservi ta' deputat president tal-gvern sal-1996. Mandela flimkien ma' l-Isqof Desmond Tutu ħadmu kemm felħu biex isseħħ ir-rikonċiljazzjoni bejn il-bojod u s-suwed wara snin twal ta' inġustizzji mas-suwed.

Mandela u l-Isport

immodifika

Fl-1995, fl-Afrika t'Isfel ittellgħet it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby. Nelson Mandela, li kien għadu kif inħatar President, għaraf li l-isport huwa l-mezz li bih nies minn ambjenti differenti setgħu jsibu xi ħaġa li tgħaqqadhom flimkien, u sfrutta din il-kompetizzjoni biex jistabbilixxi r-Rainbow Nation - in-Nazzjon tal-Qawsalla. L-iSpringboks - it-tim nazzjonali tar-rugby tal-Afrika t'Isfel - qabel l-1995 kienu mibgħuda mis-suwed, għax ir-rugby kien meqjus bħala s-simbolu tal-oppressjoni tal-minoranza bajda li kienet tmexxi l-pajjiż. Mandela għaraf dan, imma flok żarma dan is-simbolu, ħadem biex is-simbolu jsir iktar b'saħħtu, u flok ikun biss tal-bojod isir is-simbolu ta' dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-Afrika t'Isfel, bojod u suwed. Fuq din il-ġrajja nħadem il-film Invictus.