Etna
Dan l-artiklu dwar l-ambjent huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Etna huwa vulkan fi Sqallija, l-Italja, għoli 3,604 metru, li żbroffa bil-qawwi kemm-il darba b'periklu għall-eqreb belt kbira Katanja. Dan il-vulkan jista' jidher minn Malta. Huwa wiehed mill-aktar vulkani attivi tad-dinja.
L-ewwel żbroff irreġistrat tal-Etna seħħ fis-seklu 18 qK, għalkemm studji ġeoloġiċi juru li l-vulkan kien attiv sa minn qabel dak il-perjodu. Minn dak iż-żmien 'il hawn, nafu li żbroffa 90 darba u l-iktar waħda devastanti kienet dik tal-1169. Dan l-iżbroff qered il-belt ta' Katanja u ħa miegħu 15,000 ruħ, waqt li f'ieħor li seħħ fl-1669 mietu mal-20,000.
Aktar reċenti, fis-sena 1928 żewġt irħula ntradmu kważi għal kollox minn xmara ta' lava, u fl-1947 frott l-attività vulkanika ffurmaw żewġ krateri ġodda. L-Etna żbroffa wkoll fl-1971, l-1981, l-1983, u fl-1992, meta l-lava ġiet ikkontrollata permezz ta' splussiv immonitorjat. Fl-2001 seħħ numru ta' ċaqliq, li laħaq il-qofol tiegħu f'Lulju u fl-ewwel nofs ta' Awwissu meta xmajjar ħomor nar gelglu lejn il-belt ta' Nicolosi. B'dawn l-eruzzjonijiet infetħu sitt xpakkaturi li alteraw l-għamla ta' dan il-kon ġebli. L-aħħar żbroff reġistrat kien dak ta' April 2013, li wasal sabiex partijiet fin-Nofsinhar ta' Malta ġew affettwati bi trab iswed.[1]
Sit ta' Wirt DinjiEdit
L-Etna ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi tal-kriterju tal-għażla (viii) tal-UNESCO: "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[2]
ReferenziEdit
- ^ Kris Gilson (2013-04-20). "Trab mill-Etna jasal sa' partijiet minn naħa t'isfel ta' Malta". Newsbook. Miġbur 2013-04-20.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Etna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-26.