Emir Kusturica (imwieled fl-24 ta' Novembru 1954) huwa direttur, attur u mużiċist.[1][2] Huwa għandu wkoll ċittadinanza Franċiża.[3] Kusturica huwa magħruf għal bosta films akklamati internazzjonalment, kif ukoll għall-proġetti tiegħu fil-bini tal-bliet. Ix-xogħlijiet ċinematografiċi tiegħu kkompetew fil-Festival tal-Films ta’ Cannes Film Festival f'ħames okkażjonijiet u rebaħ il-Palme d'Or darbtejn (għal When Father Was Away on Business u Underground), kif ukoll il-premju tal-aħjar direttur għal Time of the Gypsies.

Emir Kusturica
President tal-Ġurija fil-Festival ta' Cannes


Quentin Tarantino (mul) Translate - Wong Kar-wai (en) Translate
Ħajja
Twelid Sarajevo, 24 Novembru 1954 (70 sena)
Nazzjonalità Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Serbja
Franza
Residenza Sarajevo
Familja
Konjuga/i Maja Kusturica (en) Translate
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Film and TV School of the Academy of Performing Arts in Prague (en) Translate
Druga Gimnazija (en) Translate
Academy of Performing Arts in Sarajevo (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Serb
Bożnijaku
Ċek
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
producer ċinematografiku
direttur tal-films
xeneġġatur
mużiċist
kitarrist
kompożitur
prożatur
manufacturer (en) Translate
spjun
reġista
Impjegaturi Università ta' Columbia
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[European Film Award for Best Documentary (en) ]]
    (2001) : [[Super 8 Stories (en) ]]
Sħubija Academy of Sciences and Arts of the Republika Srpska (en) Translate
Assoċjazzjoni tal-Kittieba tas-Serbja
Emir Kusturica & The No Smoking Orchestra (en) Translate
Strument/i tal-mużika bass

Kusturica rebaħ ukoll il-premju tal-Ors tal-Fidda fil-Festival tal-Films ta’ Berlin għal Arizona Dream u l-premju tal-Iljun tal-Fidda fil-Festival tal-Films ta’ Venezja għal Black Cat, White Cat. Barra minn hekk kien ukoll maħtur Kmandant tal-Ordre des Arts et des Lettres Franċiżi.[4]

Minn nofs l-ewwel deċennju tas-seklu 21, ir-residenza primarja ta' Kusturica kienet fi Drvengrad, belt mibnija għall-film tiegħu Life Is a Miracle, fir-reġjun ta' Mokra Gora fis-Serbja. Huwa kellu partijiet mill-villaġġ storiku rikostruwiti għall-film.[5] Kusturica ilu membru tal-Akkademja tax-Xjenzi u l-Arti tar-Repubblika Srpska mid-9 ta' Novembru 2011.

Ħajja bikrija

immodifika

Kusturica twieled f'Sarajevo, iben Murat Kusturica, ġurnalist impjegat fis-Segretarjat tal-Informazzjoni ta' Sarajevo, u Senka (née Numankadić), segretarju tal-qorti. Emir kiber bħala l-uniku tifel ta' familja sekulari Musulmana[6][7] f'Sarajevo, il-belt kapitali tal-Bożnja-Ħerzegovina, dak iż-żmien repubblika kostitwenti fi ħdan l-FPR Jugoslavja.[8] Kif kiteb fl-1993, omm missieru kienet "marbuta ħafna mar-riti Musulmani" filwaqt li missieru "ma kien jappartjeni għal ebda kult, ma kien reliġjuż xejn".[2] Kusturica primarjament iddefinixxa lilu nnifsu bħala Jugoslav mill-inqas sas-snin 2000.[8]

Kusturica jiddeskrivi lilu nnifsu bħala żagħżugħ vivaċi, jekk mhux kważi delinkwenti, meta kien qed jikber fil-viċinat ta' Sarajevo f'Gorica.[2] Permezz tal-ħbiberija ta' missieru mad-direttur magħruf Hajrudin "Šiba" Krvavac, Kusturica, ta’ sbatax-il sena, kiseb parti żgħira fil-film Walter Defends Sarajevo ta' Krvavac, film partiġjan iffinanzjat mill-Istat Jugoslav fl-1972.

Karriera

immodifika

Fl-1978, Kusturica ggradwa mill-iskola tal-films (FAMU) fl-Akkademja tal-Arti tal-Ispettaklu fi Praga, u huwa għalhekk li xi drabi huwa meqjus bħala parti mill-iskola tal-films ta’ Praga, grupp informali ta’ diretturi tal-films Jugoslavi li studjaw fil-FAMU u żviluppaw influwenzi u estetika simili. Wara li ggradwa mill-FAMU, Kusturica beda jidderieġi films qosra magħmula għat-televiżjoni fil-Jugoslavja.

Kusturica għamel id-debutt ċinematografiku tiegħu fl-1981 bil-film Do You Remember Dolly Bell?, li rebaħ il-premju tal-Iljun tal-Fidda għad-debutt fil-Festival tal-Films ta’ Venezja ta' dik is-sena. Fl-istess sena, fl-età ta’ 27 sena, sar lekċerer fl-Akkademja tal-Arti tal-Ispettaklu li kienet għadha kif twaqqfet f’Sarajevo, xogħol li baqa’ jagħmel sal-1988.

It-tieni film ta' Kusturica, When Father Was Away on Business (1985), rebaħ il-Palme d'Or fil-Festival tal-Films ta’ Cannes, ħames premjijiet tal-films Jugoslavi, kif ukoll nominazzjoni għall-Academy Award għall-Aħjar Film Barrani. Fl-1989 kien membru tal-ġurija fis-16-il Festival Internazzjonali tal-Films ta' Moska.[2]

Fl-1993 Kusturica għamel id-debutt Amerikan tiegħu, bil-kummiedja assurdista Arizona Dream (1993). Huwa rebaħ il-Palme d'Or għall-epika kummiedja sewda tiegħu Underground (1995), ibbażata fuq xenarju ta' Dušan Kovačević, drammaturgu Serb.[2]

Fl-1998, rebaħ il-premju tal-Iljun tal-Fidda fil-Festival tal-Films ta’ Venezja għall-Aħjar DIrezzjoni għall-film Black Cat, White Cat. Il-mużika għall-film kienet komposta mill-grupp No Smoking Orchestra bbażat f'Belgrad.

Fl-2001, Kusturica dderieġa Super 8 Stories, film dokumentarju dwar il-grupp mużikali No Smoking Orchestra, li kien ukoll membru tiegħu.[9] Huwa nħatar President tal-Ġurija tal-Festival tal-Films ta’ Cannes fl-2005. Fl-2007 ħareġ il-film Maradona by Kusturica, dokumentarju dwar l-istilla tal-futbol Arġentin Diego Maradona.[10] Fl-istess sena, Kusturica dderieġa l-vidjo mużikali għas-single "Rainin in Paradize" ta' Manu Chao.

Fl-2002 Kusturica sar Ambaxxatur Nazzjonali tal-UNICEF għas-Serbja.[11]

Fl-14 ta' Mejju tal-2011, Kusturica ngħata l-insinja ta' Chevalier (Kavallier) tal-Leġjun tal-Unur, l-ogħla unur ta' Franza.

Matul l-aħħar xhur tal-2013, Kusturica beda jiġbed dokumentarju dwar il-ħajja tal-President Urugwajan José Mujica, li huwa jqis bħala "l-aħħar eroj tal-politika".[12] El Pepe: A Supreme Life ħareġ fl-2018.

Ħajja personali

immodifika

Kusturica huwa miżżewweġ lil Maja Mandić; il-koppja għandha żewġt itfal.[8] Huma jgħixu f'Drvengrad. 

Referenzi

immodifika

 

  1. ^ "Kusturica: Srbija je moja otadžbina". b92 (bis-Serb). 19 Jannar 2014. Miġbur 8 April 2021.
  2. ^ a b ċ d e "Biography". Kustu.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 May 2013. Miġbur 8 April 2021.
  3. ^ "Emir Kusturica, artist, builder and anti-globalist". Serbia.com (bl-Ingliż). 28 Novembru 2012. Miġbur 8 April 2021.
  4. ^ "Renaud Donnedieu de Vabres remettra jeudi 8 février 2007, les insignes de Commandeur dans l'Ordre des Arts et des Lettres à Emir Kusturica". Ministeru tal-Kultura, Franza (bil-Franċiż). 7 Frar 2007. Miġbur 8 April 2021.
  5. ^ "'I will not cut my film'". The Guardian (bl-Ingliż). 4 Marzu 2005. Miġbur 8 April 2021.
  6. ^ "Сидран се хвалио да има јарана међу четницима". Politika.rs (bis-Serb). 31 Lulju 2015. Miġbur 8 April 2021.
  7. ^ Bouineau, Jean-Marc (1993). Le Petit Livre d’Emir Kusturica (bil-Franċiż). Spartorange. ISBN 2-9506112-2-2.
  8. ^ a b ċ Halpern, Dan (8 Mejju 2005). "The (Mis)Directions of Emir Kusturica". The New York Times Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 8 April 2021.
  9. ^ Hays, Matthew (4 Settembru 2000). "Cinema has been 'abused horrifically'". The Globe and Mail. Miġbur 2021-04-08.
  10. ^ "Promise Me This". Festival de Cannes. Miġbur 8 April 2021.
  11. ^ "I Jelena ambasadorka UNICEF". Blic. 6 Diċembru 2007. Miġbur 8 April 2021.
  12. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-29. Miġbur 2021-04-08.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)