Emmanuel Mallia (Tas-Sliema) huwa Deputat Parlamentari Laburist u eks Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja u eks Ministru għall-Kompettività, Ekonomija Diġitali, Qasam Marittimu u Servizzi.

Emanuel Mallia
Rappreżentant tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

9 Ottubru 2017 -
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta

20 Ġunju 2017 -
District: Distrett 9
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali

13 Marzu 2013 - 9 Diċembru 2014
Lawrence Gonzi - Carmelo Abela (en) Translate
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 20 century
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat

Bin Emmanuele u Carmelo, huwa twieled Tas-Sliema u huwa l-iżgħar wild minn ħamsa.

Wara li spiċċa l-iskola sekondarja, huwa kompla l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala prokuratur legali fl-1973 u avukat fl-1979. Ftit xhur qabel li ggradwa, huwa fetaħ l-ewwel uffiċċju legali tiegħu, l-Imsida minn fejn baqa' jeżerċita l-professjoni tiegħu sakemm sar Ministru. Huwa speċjalizza fil-liġi kriminali u l-ġustizzja, u sar wieħed mill-aqwa avukati fil-liġi kriminali f'Malta, u jimpjega fl-uffiċċju tiegħu madwar għaxar avukati.

Huwa ngħaqad ma’ numru ta’ klabbs u assoċjazzjonijiet, fosthom il-Malta Football Association, li dak iż-żmien kienet immexxija minn George Abela, il-Pembroke Basketball Club u l-Malta Car Racing Association.

Politika

immodifika

Mill-2009 'il quddiem, l-Avukat Mallia ħadem mill-viċin mal-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq numru ta’ inizjattivi, bħal kawża istitwita mill-Partit Laburista kontra l-gvern sabiex jirrifondi lura l-VAT fuq it-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni tal-Vetturi. L-Avukat Mallia kien ukoll impenjat fil-Business Forum tal-Partit Laburista mmexxi minn Marlene Mizzi, u ħadem fuq numru ta’ inizjattivi ġodda fil-politika kummerċjali, li gew riċerkati u mfassla fi ħdan il-Partit Laburista.

L-Avukat Mallia aċċetta l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat sabiex jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 bħala kandidat Laburista fuq id-9 u l-10 distrett.

Fil-11 ta' Marzu huwa nħatar Ministru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali. Fil-Ministeru tiegħu kellu diversi responsabiltajiet: id-Difiża, il-Forzi Armati, il-Pulizija, l-Immigrazzjoni, is-Sigurtà fl-Ajruport, is-Servizzi Korrettivi, il- Protezzjoni Ċivili, Affarijiet ta' Ċittadinanza u Nies Barranin, Central Visa Unit, ir-Reġistru Pubbliku, ir-Reġistrazzjoni Ċivili, il-Karti tal-Identità, il-Passaporti, ir-Reġistru tal-Artijiet u x-Xandir.

Huwa ntalab jirriżenja mill-Prim Ministru f'Diċembru 2014 u baqa' jservi fil-Parlament bħala Deputat Laburista.

F'April 2016, huwa nħatar Ministru għall-Kompettività, Ekonomija Diġitali, Qasam Marittimu u Servizzi.

Wara l-Elezzjonijiet tal-2017, tela' fil-Parlament imma ma ntgħażilx fil-Kabinett.

Ħajja personali

immodifika

Emmanuel jgħix fil-Belt Valletta flimkien ma’ martu Elena Codruta u t-tlett itfal tagħhom Nicola, Emmanuel Jr u Carmela Jolie.