Edgar Arrigo

l-ewwel speaker tal-parlament Malti

Edgar Arrigo (15 ta' April 1870 – 27 ta' Frar 1937) kien l-ewwel speaker tal-Kamra tad-Deputati f'Malta.

Edgar Arrigo
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Ottubru 1921 - Lulju 1923 - Salvatore Borg Olivier
Ħajja
Twelid 15 April 1870
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt 27 Frar 1937
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ħaddiem taċ-ċivil

Arrigo twieled il-Belt Valletta, minn Osvaldo Arrigo u Susanna Grech, fil-15 ta' April 1870, u għammdu lil Edgardo fil-Knisja tal-Madonna ta' Porto Salvo fil-Belt Valletta.[1]

Arrigo studja fil-Liċeo tal-Belt Valletta u fl-20 ta' Ottubru 1887 ingħaqad maċ-Ċivil bħala skrivan fl-Uffiċċju tas-Segretarju Ewlieni taħt Gerald Strickland. Fl-1900 ġie promoss għal Assistent Segretarju Ewlieni ta' Strickland.[1]

Fid-29 ta' Ottubru 1921, waqt l-ewwel seduta tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Malta (1921–1923) inħatar president tal-kamra, wara li ġie nominat minn Antonio Dalli. Din in-nomina kienet issekondata minn Gerald Strickland.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Schiavone, Michael (2024-04-15). "Biography: Edgar Arrigo". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-05.