Danielborg
Titli tal-Artikli
immodifikaHellow, l-ewwel nett nixtieq nagħtik merħba fuq il-Wikipedija u prosit tax-xogħol tas-siwwi li ġa qiegħed tagħmel.
Ir-Raġuni għala qiegħed nagħmel kuntatt miegħek huwa minħabba li t-titli li qiegħed tuża għall-ispeċijiet m'humiex miktuba bl-alfabett Malti.
Per eżempju, l-artiklu riċenti li għamilt dwar coccinella, għandha tiġi Koċċinella bil-Malti. Inti x'taħseb?
L-isem Koċċinella
immodifikaNirringrazzjak tal-merħba tiegħek. Dwar l-isem Koċċinella. Jien ma naħsibx illi huwa korrett. Dan għaliex, l-isem tal-ġeneru Coccinella huwa terminologija bioloġika li jintuża madwar id-dinja kollha. L-isem binomjali ta' kull speċi ġie maħluq apposta biex b'hekk meta jintuża f'kwalunkwe pajjiż, jiġi miftiehem. L-isem binomjali huwa mod komdu kif bih tista' tikkomunika ma xjentisti oħra barranin u tiftiehem mill-ewwel. Dan huwa differenti mill-isem komuni. L-isem komuni jinbidel f'kull pajjiż. e.ż. Malti: nannakola Ingliħ: Ladybird Ġermaniħ: Marienkafer etc. Għalhekk l-isem tal-generu coccinella jista jintuża kullimkien u jiġi miftiehem. Fil-fatt jekk tidħol f' paġni tal-wikipedija ġermaniża (http://de.wikipedia.org/wiki/Siebenpunkt-Marienk%C3%A4fer) u ingliża (http://en.wikipedia.org/wiki/Coccinella) u tara it-taxbox bioloġika, l-isem Coccinella jibqa l-istess. e.ż. bl-ingliż l-isem latin Coccinella ma ġiex maqlub f'Cochinella.
Naħseb huwa iktar xieraq illi l-isem Koċċinella nagħmlulu REDIRECT għal-paġna tal-Coccinella.... X'taħseb?
Ok ħabib, grazzi tal-ispjega. Ma kontx naf dwar din il-konvenżjoni. Għaldaqstant inħeġġek tkompli bix-xogħol li qiegħed tagħmel. Iva, kieku kont minnek nagħmel riindirizz minn Koċċinella lejn Coccinella.
Jekk ikollhok xi problema tiddejjaqx tħalili messaġġ fuq il-paġna tad-diskussjoni tiegħi għax hawnhekk qegħdin biex ngħinu lil xulxin.
Sadanitant jekk ikollhok ftit ħin, ikun apprezzat kieku tħalli l-opinjonijiet tiegħek fid-diskussjonijiet li qegħdin jiġu indirizzati bħalissa fil-pjazza.
Ħaġa li miniex ċert dwara per eżempju, hija l-kelma bioloġija. Ħafna nies jiktibuwa kif tiktiba int però hemm sezzjoni li jiktbu bijoloġija għax iħossu l-j.. inti x'taħseb?
--Gian 12:22, 1 Settembru 2008 (UTC)
- Ħa nagħmilha ta' ħmar: mhux aħjar "Coccinellinae" jew din mhux l-istess?
Dwar il-kelma bijoloġija skond id-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina tinkiteb hekk kif ktibta jien.
Cocinella huwa il-ġeneru
Coccinellinae hija sottofamilja f' liema l-ġeneru Cocinella jiġi kklassifikat
Coccinellidae hija familja f' liema s-sottofamilja Coccinellinae tiġi kklassifikata
Jekk joġgħobkom fl-artikli bijoloġiċi qabel ma tagħmlu xi tibdil ikkonsultaw ma min jifhem jew ma min kiteb l-artiklu biex nevitaw ħafna telf ta' ħin.
grazzi Kenneth Grima