Murexechinus

(Rindirizzat minn Dasjur ta' denbu iswed)

Murexechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-dasjur ta' denbu iswed (għalkemm jissejjaħ ukoll bl-isem ta' ġurdien marsupjal ta' denbu iswed u kien jissejjaħ ukoll "anteċinu ta' denbu iswed" biss m'għadux jintuża' minn meta ma baqax jagħmel parti mill-ġeneru Antechinus), tal-kontinent tal-Awstralja.

Murexechinus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Ġeneru: Murexechinus
Van Dyck, 2002
Speċi: M. melanurus
Isem binominali
Murexechinus melanurus
(Thomas, 1899)

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra li huma Antechinus, Micromurexia, Murexia, Paramurexia, Phascomurexia u Phascogale.

Il-ġeneru Phascomurexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss; l-ispeċi ta' dan il-ġeneru għal żmien twil kienet ikklassifikata fil-ġeneru Antechinus ma' bosta speċi oħrajn, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi wrew li hija distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata f'ġeneru għaliha waħedha.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Murexechinus

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.
immodifika