Murexia huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament id-Dasjur tal-pil qasir, għalkemm jissejjaħ ukoll bl-isem ta' ġurdien marsupjal tal-pil qasir), tal-kontinent Awstraljan.

Murexia
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDasyuromorphia
FamiljaDasyuridae
SottofamiljaDasyurinae
ġeneru Murexia
Tate & Archbold, 1937

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra, li huma Antechinus, Murexechinus, Micromurexia, Paramurexia, Phascomurexia u Phascogale.

Il-ġeneru Murexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss (dan il-ġeneru għal żmien twil kien jiġbor fih żewġ speċi sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi wrew li l-ispeċi l-oħra kienet distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata fil-ġeneru Paramurexia).

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Murexia

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika