Paramurexia
Paramurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn, għalkemm huwa magħruf ukoll bl-isem ta' far marsupjal tal-istrixxi wisgħin), tal-kontinent tal-Awstralja.
Paramurexia | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Ġeneru: | Paramurexia |
Speċi: | P. rothschildi |
Isem binominali | |
Paramurexia rothschildi (Tate, 1938) | |
Firxa tal-Paramurexia rothschildi |
Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra.
Il-ġeneru Paramurexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru kienet ikklassifikata fil-ġeneru Murexia għal żmien twil ma' speċi oħra, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata f'ġeneru għaliha waħidha).
Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Paramurexia
immodifika- Ġeneru Paramurexia (Van Dyck, 2002)
- Paramurexia rothschildi (Tate, 1938)
Referenzi
immodifika- Groves, Colin (2005). Wilson, D. E., & Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.