Charlie Watts
Charles Robert Watts (twieled fit-2 ta' Ġunju 1941 – miet fl-24 ta' Awwissu 2021) kien mużiċist Ingliż li kiseb fama internazzjonali bħala d-drummer tar-Rolling Stones mill-1963 sa mewtu fl-2021. Huwa kien wieħed mill-membri tal-qalba tal-grupp mużikali, u flimkien mal-kitarrista Keith Richards, kienu l-unika membri tal-band li daqqew fl-albums kollha tar-Rolling Stones.[1] Huwa ġie mlaqqam bħala "The Wembley Whammer" minn Mick Jagger. Watts ikkwota l-jazz bħala influwenza maġġuri fl-istil tiegħu fuq it-tnabar.
Charlie Watts | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Londra, 2 Ġunju 1941 |
Nazzjonalità | Renju Unit |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Londra, 24 Awwissu 2021 |
Post tad-dfin | Devon |
Familja | |
Konjuga/i | Shirley Watts (en) (Ottubru 1964 - 24 Awwissu 2021) |
Ulied |
uri
|
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Kingsbury High School (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
drummer percussionist (en) mużiċist rock musician (en) mużiċist tal-jazz |
Sħubija |
The Rolling Stones (mul) The ABC&D of Boogie Woogie (en) Rocket 88 (en) Willie and the Poor Boys (en) |
Moviment artistiku |
mużika rock blues rock (en) jazz hard rock reggae |
Strument/i tal-mużika | tnabar |
Tikketta tar-reġistrazzjoni |
Decca Virgin Records (en) Rolling Stones Records (en) |
Oriġinarjament tħarreġ bħala artist grafiku, iżda mbagħad żviluppa interess fil-jazz ta' età żgħira, u ngħaqad fil-band Blues Incorporated. Huwa beda wkoll idoqq it-tnabar fil-klabbs tal-R&B (bl-Ingliż: rhythm and blues) ta' Londra, fejn iltaqa' mal-membri tal-band futura Jagger, Richards u Brian Jones. F'Jannar 1963, huwa telaq mill-band Blues Incorporated u ngħaqad mar-Rolling Stones bħala drummer, filwaqt li għamilha wkoll ta' disinjatur tal-qoxra tad-diski bil-vinil u tal-palkijiet fejn taw spettaklu. L-ewwel dehra pubblika ta' Watts bħala membru permanenti kienet fi Frar 1963, u huwa baqa' fil-grupp sa mewtu 58 sena wara. Minbarra l-karriera tiegħu mar-Rolling Stones, Watts wettaq tours mużikali mal-grupp tiegħu stess, il-Kwintett ta' Charlie Watts (bl-Ingliż: Charlie Watts Quintet), u deher f'Londra fir-Ronnie Scott's Jazz Club maċ-Charlie Watts Tentet.
Fl-1989, Watts iddaħħal fil-Klassifika tal-Aqwa Esponenti tar-Rock and Roll, u fl-2004 iddaħħal fil-Klassifika tal-Aqwa Mużiċisti tar-Renju Unit mar-Rolling Stones, għalkemm Watts ma attendiex għall-okkażjoni tat-tħabbir tal-ewwel klassifika. Spiss jitqies bħala wieħed mill-aqwa drummers ta' dejjem.
Karriera
immodifikaBands tal-jazz u Blues Incorporated
immodifikaWara li telaq mill-iskola tal-arti, huwa ħadem bħala artist grafiku għal kumpanija tar-reklamar imsejħa Charlie Daniels Studios[2], u daqq it-tnabar ukoll okkażjonalment ma' bands lokali f'kafetteriji u fi klabbs. Hu u Dave Green bdew il-karrieri mużikali tagħhom flimkien mill-1958 sal-1959, u daqqew f'band tal-jazz f'Middlesex imsejħa Jo Jones All Stars.[3] Watts inizjalment baqa' bejn ħaltejn fir-rigward tat-tranżizzjoni tiegħu għall-R&B, u stqarr "Għaddejt għar-rhythm and blues. Meta staqsewni biex indoqq, ma kontx naf x'inhu. Ħsibt li kien qisu Charlie Parker, imma ddoqqu bil-mod".[3]
Fl-1961, Watts iltaqa' ma' Alexis Korner, li stiednu jingħaqad mal-band tiegħu Blues Incorporated.[4] Dak iż-żmien, Watts kien sejjer soġġorn fid-Danimarka biex jaħdem bħala disinjatur grafiku, iżda aċċetta l-offerta ta' Korner meta reġa' lura Londra fi Frar 1962.[5][6] Watts daqq regolarment mal-Blues Incorporated u baqa' jaħdem ukoll mal-kumpanija tar-reklamar Charles, Hobson and Gray.[7]
Karriera mar-Rolling Stones
immodifikaF'nofs l-1962, Watts iltaqa' għall-ewwel darba ma' Brian Jones, Ian "Stu" Stewart, Mick Jagger u Keith Richards, li wkoll kienu jiffrekwentaw il-klabbs tal-R&B ta' Londra, iżda Watts qabel finalment li jingħaqad mar-Rolling Stones f'Jannar 1963.[8][9] Inizjalment, il-band ma kellhiex il-mezzi finanzjarji biex tħallas lil Watts, li kien ilu jaqla' salarju regolari mill-gigs tiegħu.[10] Deher pubblikament għall-ewwel darba bħala membru permanenti fl-Ealing Jazz Club fit-2 ta' Frar 1963.[11] Watts spiss kien jiġi introdott bħala "The Wembley Whammer" minn Jagger waqt il-kunċerti f'ħin reali.[12]
Minbarra x-xogħol tiegħu bħala mużiċista, Watts ikkontribwixxa bl-arti grafika u bl-arti tal-komiks fid-diski bikrin tar-Rolling Stones bħall-qoxra tad-diska tal-vinil ta' Between the Buttons[2] u kien responsabbli għall-konferenza stampa fil-Belt ta' New York fejn tħabbar it-tour mużikali tal-1975. Il-band issorprendiet lill-bosta ġurnalisti li kienu qed jistennewhom billi saqu u daqqew "Brown Sugar" fuq trakk f'nofs it-traffiku ta' Manhattan.[13] Watts kien ftakar li dan kien mod komuni li bih il-bands ta' New Orleans kienu jippromwovu d-dati futuri meta kienu se jdoqqu. Barra minn hekk, flimkien ma' Jagger, huwa ddisinja l-palkijiet elaborati għat-tours mużikali, l-ewwel billi kkontribwixxa fid-disinn b'għamla ta' lotus tat-Tour tal-1975 tal-Amerka ta' Fuq u tal-Amerka t'Isfel, kif ukoll fl-iSteel Wheels/Urban Jungle Tour tal-1989-1990, fil-Bridges to Babylon Tour tal-1997-1998, fil-Licks Tour tal-2002-2003, u fl- A Bigger Bang Tour tal-2005-2007.[14]
L-aħħar kunċert f'ħin reali tiegħu mal-band kien fit-30 ta' Awwissu 2019 fil-Hard Rock Stadium f'Miami, Florida, l-Istati Uniti. Huwa dejjem kien preżenti f'kull kunċert fil-karriera tiegħu mal-band. Apparti Jagger u Richards, huwa l-uniku membru li deher f'kull album tad-diskografija tar-Rolling Stones.[15]
Attivitajiet apparti r-Rolling Stones
immodifikaWatts kien involut f'ħafna attivitajiet apparti l-ħajja tiegħu bħala membru tar-Rolling Stones. F'Diċembru 1964, huwa ppubblika cartoon biex jagħti ġieħ lil Charlie Parker imsejjaħ Ode to a High Flying Bird. Għalkemm kiseb il-fama fir-rock, il-gosti personali tiegħu jxaqilbu l-iktar lejn il-jazz.[16]
Fl-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20, huwa ngħaqad ma' Ian Stewart fil-band tal-boogie-woogie Rocket 88, li daqqet flimkien ma' bosta mużiċisti ewlenin tal-jazz, tar-rock u tal-R&B tar-Renju Unit. Fis-snin 80 tas-seklu 20, huwa wettaq tour mużikali madwar id-dinja ma' band kbira – iċ-Charlie Watts Orchestra[17] – li kienet tinkludi lil Evan Parker, Courtney Pine[18] u Jack Bruce, li kien membru wkoll tar-Rocket 88.[17]
Fl-1991, huwa organizza kwintett tal-jazz biex mill-ġdid jagħti ġieħ lil Charlie Parker. Fl-1993 ġiet rilaxxata Warm and Tender miċ-Charlie Watts Quintet, li kien jinkludi lill-vokalista Bernard Fowler. Dan l-istess grupp irrilaxxa Long Ago and Far Away fl-1996. Iż-żewġ diski kienu jinkludu kollezzjoni ta' diski kbar standard Amerikani. Wara li kkollaboraw fl-album tal-1997 tar-Rolling Stones Bridges to Babylon, hu u d-drummer Jim Keltner irrilaxxaw album techno/strumentali msejjaħ Charlie Watts/Jim Keltner Project. Watts iddikjara li minkejja li d-diski kellhom ismijiet bħal "Elvin Suite" bħala ġieħ lil Elvin Jones, Max Roach u Roy Haynes, huma ma kinux qed jikkopjaw l-istil tagħhom ta' daqq tat-tnabar, iżda iktar kienu qed jippruvaw iwasslu s-sentiment li kienu jqanqlu dawk l-artisti. Watts at Scott's ġiet irreġistrata mal-grupp tiegħu "Charlie Watts Tentet" fir-Ronnie Scott's Jazz Club f'Londra.[19]
F'April 2009, huwa beda jwettaq kunċerti mal-ABC&D of Boogie Woogie (li kien jinkludi l-pjanisti Axel Zwingenberger u Ben Waters kif ukoll il-ħabib ta' tfulitu Dave Green fuq il-kitarra bass).[20]
Diskografija
immodifikaMinbarra x-xogħol tiegħu mar-Rolling Stones, Watts irrilaxxa l-albums li ġejjin:
- The Charlie Watts Orchestra – Live at Fulham Town Hall (1986, Columbia Records)
- The Charlie Watts Quintet – From One Charlie (1991, Continuum Records)
- The Charlie Watts Quintet – A Tribute to Charlie Parker with Strings (1992, Continuum Records)
- The Charlie Watts Quintet – Warm and Tender (1993, Continuum Records)
- The Charlie Watts Quintet – Long Ago and Far Away (1996, Virgin Records)
- The Charlie Watts-Jim Keltner Project (2000, Cyber Octave Records)
- The Charlie Watts Tentet – Watts at Scott's (2004, Sanctuary Records)
- The ABC&D of Boogie Woogie – The Magic of Boogie Woogie (2010, Vagabond Records)
- The ABC&D of Boogie Woogie – Live in Paris (2012, Eagle Records)
- Charlie Watts meets the Danish Radio Big Band (Live at the Danish Radio Concert Hall, Copenhagen, 2010) (2017, Impulse! Records)
Referenzi
immodifika- ^ "Ronnie Wood pays tribute to Charlie Watts: "I will dearly miss you"" (bl-Ingliż). 2021-08-25. Miġbur 2021-09-04.
- ^ a b "Charlie Watts". lambiek.net (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
- ^ a b "The Musical Life: Tag Team". The New Yorker. 23 July 2012 (p. 21).
- ^ "More British R&B: The Stones Start, Blues Inc Stumble | Rock's Backpages Writers' Blogs". web.archive.org. 2011-11-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-11-09. Miġbur 2021-09-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Wyman, Bill; Coleman, Ray (1997). Bill Wyman, Stone Alone: The Story of a Rock 'n' Roll Band. Da Capo Press. pp. 29-30, 34. ISBN 978-0-306-80783-1.
- ^ Aswad, Chris Morris,Jem; Morris, Chris; Aswad, Jem (2021-08-24). "Charlie Watts, Rolling Stones Drummer, Dies at 80" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
- ^ Greenfield, Robert (2002). S.T.P. : a journey through America with the Rolling Stones (1st ed.). Cambridge, MA: Da Capo Press. ISBN 978-0-7867-3080-3.
- ^ Wyman, Bill; Coleman, Ray (1997). Bill Wyman, Stone Alone: The Story of a Rock 'n' Roll Band. Da Capo Press. pp. 32, 44. ISBN 978-0-306-80783-1.
- ^ "Charlie Watts: Rolling Stones drummer dies at 80" (bl-Ingliż). 2021-08-24. Miġbur 2021-09-04.
- ^ Edwards, Gavin (24 August 2021). "Charlie Watts, Bedrock Drummer for the Rolling Stones, Dies at 80". The New York Times. ISSN 0362-4331.
- ^ Richards, Keith; Fox, James (2010). Life. Weidenfeld & Nicolson. p. 121. ISBN 978-0-297-85439-5.
- ^ "Rolling Stones share video tribute to Charlie Watts". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-08-28. Miġbur 2021-09-04.
- ^ May 1, Chris EptingUpdated:; 2015. "The History of the Rolling Stones' Outrageous Tour Announcements". Ultimate Classic Rock (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
- ^ "Charlie Watts obituary". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-08-24. Miġbur 2021-09-04.
- ^ Greene, Andy; Greene, Andy (2021-08-24). "Flashback: Charlie Watts' Final Performance With the Rolling Stones" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
- ^ "Rolling Stones Drummer Charlie Watts Dies at 80". Billboard (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
- ^ a b "Clipped From The Newark Advocate". Newark, Ohio. 1987-07-10. p. 14. Miġbur 2021-09-04.
- ^ "Watts on high voltage". London, Greater London, England. 1985-11-20. p. 22. Miġbur 2021-09-04.
- ^ "Charlie Watts Songs, Albums, Reviews, Bio & More". AllMusic (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
- ^ staff, Goldmine. "Calm, cool and collected Charlie Watts lets loose with ABC&D of Boogie Woogie". Goldmine Magazine: Record Collector & Music Memorabilia (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.