Opossum ta' spallejh suwed

(Rindirizzat minn Caluromysiops)

L-Opossum ta' spallejh suwed, magħruf xjentifikament bħala Caluromysiops irrupta, huwa mammiferu marsupjal notturn (attiv matul il-lejl), li qiegħed ikklassifikat fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u bħalissa jinsab jgħix fi 3 lokalitajiet biss.

Opossum ta' spallejh suwed
Opossum ta' spallejh suwed Caluromysiops irrupta
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Caluromyinae
Ġeneru: Caluromysiops
(Sanborn,1951)
Speċi: C. irrupta
Isem binominali
Caluromysiops irrupta
(Sanborn,1951)
Firxa ta' l-Opossum ta' spallejh suwed Caluromysiops irrupta

Dan huwa speċi ta' opossum strettament arborew jew siġri (jgħix fis-siġar) li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali umdi, u jinsab ikklassifikat bħala marsupjal fi stat vulerabbli ("Vulnerabile") jew dgħajjef minnħabba li qiegħed dejjem jonqos fin-numru u l-popolazzjonijiet jiċċkienu.

Deskrizzjoni

immodifika

L-Opossum ta' spallejh suwed għandu l-pil sufi abjad u iswed b' 2 linji suwed separati tul id-dhar kollu. Caluromysiops irrupta adult ikun jiżen bejn 2 u 5 kilogrammi u jikber bejn 25 u 30 ċentimetru eskluż id-denb li jkun bejn 31 u 33 ċentimetru ieħor. Dan id-denb prensili huwa magħmul minn 30 jew 31 vertebra u jiġi użat minn dan l-opossum bħala id biex jaqbad u jidendel maz-zkuk tas-siġar u s-saqajn ta' wara huma relativament iqsar minn dawk ta' quddiem (Izor u Pine 1987).

L-Opossum ta' spallejh suwed huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott u nettari għalkemm hemm indikazzjonijiet li żrieragħ, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn jagħmlu parti mid-dieta ukoll.

Distribuzzjoni

immodifika

Dan l-opossum għandu distribuzzjoni ristretta u jinsab mifrux ma' 3 lokalitajiet biss, fin-Nofsinhar ta' l-Amażonja fil-Peru, fil-parti ta' fuq tax-xmara Jarù fil-Punent tal-Brażil ċentrali u possibilment fin-Nofsinhar tal-Kolombja.

Riproduzzjoni

immodifika

Il-ftit informazzjoni li hemm dwar ir-riproduzzjoni ta' Caluromysiops hija dwar iż-żmien tal-ġestazzjoni (it-tqala) li ddum bejn 12 u 14-il ġurnata, l-omm tilaq il-parti tal-marsupju (il-but iffurmat mil-ġilda fuq iż-żaqq tal-omm) u madwaru qabel it-twelid tal-frieħ u l-boton ġeneralment ikun akbar fin-numru minn kemm għandha mammae jew sidra (żejżiet) l-omm.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
  • Eisenberg, John F.; Kent H. Redford (2000). Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil.

Ħoloq/Linkjiet Esterni

immodifika