Caenolestes
Caenolestes huwa ġeneru ta' mammiferi (l- opossumi bugdiedem komuni), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, fil-familja Caenolestidae ma' 2 ġeneri oħra (Lestoros u Rhyncholestes), b' 5 speċijiet estanti. Dan il-ġeneru huwa l-aktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Paucituberculata bl-akbar numru ta' speċi ħajjin.
Caenolestes | |
---|---|
Opossum bugeddum skur, Caenolestes fuliginosus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Paucituberculata Ameghino, 1894 |
Familja: | Caenolestidae Trouessart, 1898 |
Ġeneru: | Caenolestes Thomas, 1895 |
Speċi | |
Firxa tal-ġeneru Caenolestes' bl-aħmar |
Dawn il-mammiferi huma marsupjali karnivori ta' abbitudni notturna mifruxin ma' l-Amerika ta' isfel. L-opossumi bugdiedem komuni huma magħrufa wkoll bħala l-opossumi firien komuni.
Minħabba l-ambjent diffiċli li jgħixu fiħ, il-mammoloġisti ma tantx jafu fuqhom u tradizzjonalment kien maħsub li huma rari ħafna. Iżda minn studji reċenti li saru ħareġ li l-opossumi ġrieden jistgħu jkunu ħafna aktar komuni milli hu ġeneralment maħsub. Milli jidher dawn il-marsupjali jgħixu l-parti l-kbira ta' ħajjithom f' toqob taħt l-art.
Deskrizzjoni
immodifikaL-opossumi bugeddum komuni jew opossumi firien komuni, kif jgħid l-isem komuni għandhom id-dehra ta' bugeddum u d-daqs simili ta' far.
Dawn il-marsupjali huma ikkaratterizzati b' wiċċ twil għall-ponta, b' par għajnejn żgħar, b' denb irqiq u twil (li kapaċi jilħaq nofs it-tul totali) u b' nuqqas ta' marsupju fl-adulti nisa.
Dieta
immodifikaGħalkemm l-opossumi bugdiedem komuni għandhom par għajnejn żgħar b'vista bagħtuta, huma kaċċaturi attivi ħafna u jikkaċċaw insetti, ħniex u vertebrati żgħar minn kmieni filgħaxija sa tard bil-lejl. Dan kollu jagħmluh bl-għajnuna ta' smiegħ tajjeb u x-xagħar sensittiv li għandhom ma' wiċċhom.
Distribuzzjoni
immodifikaL-opossumi bugdiedem komuni huma marsupjali nattivi tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin ma' l-Andi mill-Punent għat-Tramuntana ta' dan il-kontinaent. Dawn jinsabu fil-Venezwela, fil-Kolombja, fl-Ekwador u fil-Peru f' altitudni ta' bejn 1,500 u 4,000 metru.
Klassifikazzjoni
immodifikaAra ukoll
immodifikaReferenzi
immodifika- Aplin, K. P., and M. Archer. 1987. Recent advances in marsupial systematics with a new syncretic classification. Pp. xv-lxxii in Archer, M. (ed.), Possums and Opossums: Studies in Evolution, Vol. I. Surrey Beatty and Sons PTY Limited, Chipping Norton. lxxii+400 pp.
- Carroll, R. L. 1988. Vertebrate Paleontology and Evolution. W. H. Freeman and Co., New York. xiv + 698 pp.
- Feldhamer, G. A., L. C. Drickamer, S. H. Vessey, and J. F. Merritt. 1999. Mammalogy. Adaptation, Diversity, and Ecology. WCB McGraw-Hill, Boston. xii+563pp.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-8018-8221-4
- Marshall, L. G. 1984. Monotremes and marsupials. Pp 59-115 in Anderson, S. and J. Knox Jones, eds, Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, NY. xii+686 pp.
- Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vi+576 pp.
- Vaughan, T. A., J. M. Ryan, N. J. Czaplewski. 2000. Mammalogy. Fourth Edition. Saunders College Publishing, Philadelphia. vii+565pp.
- Wilson, D. E., and D. M. Reeder. 1993. Mammal Species of the World, A Taxonomic and Geographic Reference. 2nd edition. Smithsonian Institution Press, Washington. xviii+1206 pp.