Opossum bugeddum ta' żaqqu griża
L-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża jew opossum far ta' żaqqu griża, magħruf xjentifikament bl-isem ta' Caenolestes caniventer, huwa mammiferu marsupjal notturn ta' daqs żgħir, nattiv tal-Amerika t'Isfel li jippreferi l-foresti ta' altitudni għolja qalb l-Andi.
Opossum bugeddum ta' żaqqu griża | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Kważi mhedded (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Paucituberculata |
Familja | Caenolestidae |
Ġeneru | Caenolestes |
speċi | Caenolestes caniventer Anthony, 1921
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Deskrizzjoni
immodifikaDin l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes}.
L-opossum bugeddum ta' żaqqu griża għandu l-pil qasir u folt ta' lewn li jvarja mill-kannella għall-griż li jiċċara fin-naħa taż-żaqq. Il-wiċċ tawwali li ġej għall-ponta mgħammar b'par għajnejn ċkejknin, u fuq ir-ras jinsabu par widnejn tondi.
It-tul totali huwa ta' 256 millimetru, ir-ras u l-ġisem 129 millimetru u d-denb ta' 127 millimetru ieħor, għalkemm dan jista jvarja xi ftit minn reġjun għal ieħor tul id-distribuzzjoni tal-ispeċi, filwaqt li l-piż totali huwa ta' madwar 45 gramma.
In-nisa ta' dan il-marsupjal m'għandhomx marsupju.
Dieta
immodifikaL-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża huwa marsupjal b'dieta karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati żgħar.
Distribuzzjoni
immodifikaL-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża huwa mammiferu pjutost rari, li għandu firxa żgħira fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jgħix fil-foresti u l-prateriji umdi tal-Andi, fin-Nofs in-Nhar tal-Ekwador u fit-Tramuntana tal-Peru.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Paucituberculata
- Familja Caenolestidae
- Ġeneru Caenolestes
- Opossum bugeddum ta' żaqqu griża, Caenolestes caniventer
- Ġeneru Caenolestes
- Familja Caenolestidae
Konservazzjoni
immodifikaDin l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list) qiegħda mmniżżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx.
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19. ISBN 0-801-88221-4.
Ħoloq esterni
immodifika- Caenolestes caniventer In: 2007 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2007.