Opossum bugeddum tat-Tramuntana
L-Opossum bugeddum tat-Tramuntana (Caenolestes convelatus), huwa mammiferu marsupjal notturnu u solitarju, pjuttost rari, li jgħix fin-naħa ta' fuq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum bugeddum tat-Tramuntana | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Vulnerabbli (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Paucituberculata |
Familja | Caenolestidae |
Ġeneru | Caenolestes |
speċi | Caenolestes convelatus Anthony, 1924
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Deskrizzjoni
immodifikaDin l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħra li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes} speċjalment tal-opossum bugeddum ta' żaqqu griża (Caenolestes caniventer).
L-opossum bugeddum tat-Tramuntana jingħaraf minn dak ta' żaqqu griża mid-daqs akbar tad-dras u mid-daqs iżgħar jekk mhux in-nuqqas totali tat-tieqa antorbitali. Dan għandu l-pil qasir u folt ta' lewn ftit aktar skur minn tal-opassumi bugeddum ta' żaqqu griża, li għandu żaqqu griża u wiċċu twil ġej għall-ponta, mgħammar b'par għajnejn żgħar u b'par widnejn li ġejjin għat-tond.
It-tul totali huwa ta' 256 millimetru, ir-ras u l-ġisem huma ta' 132 millimetru u d-denb ta' 124 millimetru ieħor, waqt li l-piż totali huwa ta' madwar 45 gramma.
In-nisa ta' dan il-marsupjal bħal l-ispeċijiet kollha tal-ordni Paucituberculata m'għandhomx marsupju.
Dieta
immodifikaL-Opossum bugeddum tat-Tramuntana huwa marsupjal karnivoru u jiekol varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.
Distribuzzjoni
immodifikaL-Opossum bugeddum tat-Tramuntana jinsab biss f' 2 pajjiżi, u kull wieħed għandu popolazzjoni għalih. Hemm popolazzjoni minnhom fit-Tramuntana tal-Ekwador u l-popolazzjoni l-oħra fit-Tramuntana tal-Kolombja. Dawn il-popolazzjonijiet huma ġeografikament mifrudin.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Paucituberculata
- Familja Caenolestidae
- Ġeneru Caenolestes
- Opossum bugeddum tat-Tramuntana, Caenolestes convelatus
- Ġeneru Caenolestes
- Familja Caenolestidae
Konservazzjoni
immodifikaDin l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) qiegħda mniżżla bħala fi stat ta' riskju baxx ta' estinzjoni.
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni
immodifika- Caenolestes convelatus, Lista Ħamra tal-IUCN 2007