Batterija ta' Spinola

Batterija ta' Spinola, magħrufa wkoll bħala Fort Spinola, kienet batterija tal-artillerija f'San Ġiljan, Malta. Inbniet mill-Ingliżi bejn l-1889 u l-1894, u twaqqgħet biex tagħmel post għal-lukandi u jott marina.

Batterija ta' Spinola
batterija tal-artillerija, sptar defunt
Data meta nħoloq1889 Immodifika
KunflittIt-Tieni Gwerra Dinjija, L-Ewwel Gwerra Dinjija Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabSan Ġiljan Immodifika
Koordinati35°55′16″N 14°29′34″E Immodifika
Ikkummissjonat minnImperu Brittaniku Immodifika
Data ta' xoljiment jew twaqqiegħunknown value Immodifika
Map

Il-kostruzzjoni ta’ Fort Spinola bdiet fl-1889 u tlestiet fl-1894, bi spiża ta’ madwar £5000.[1] Kienet parti minn serje ġdida ta' fortifikazzjonijiet maħsuba biex jilqgħu kanuni breech-loading (BL).[2]

Il-Batterija ta’ Spinola kienet tinsab wara l-Istakkament ta’ Spinola, trunċiera tas-seklu 18 mifruxa bejn il-Bajja ta’ San Ġiljan u l-Bajja ta’ San Ġorġ.[3] Kellha forma pentagonali, u kien armata b'erba' kanuni, inklużi żewġ kanuni BL ta' 9.2 pulzieri. L-armamenti tagħha tneħħew fl-1907.[4]

Il-batterija ġiet ikkonvertita u żviluppata fi sptar, magħruf bħala l-Isptar Spinola, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-isptar kien funżjonanti mis-16 ta’ Novembru 1915 sas-27 ta’ April 1917. Kien iddisinjat biex jindukra madwar 1000 pazjent, iżda matul il-gwerra kien laqa' fih sa 1168 pazjent.[5] Il-batterija iddaħħlet fis-servizz ta' difiża mill-ġdid fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta kienet armata b'kanuni kontra l-ajruplani ta' 4.5 pulzieri.[6] Ġiet imġarrfa serjament waqt bumbardament mill-ajru.

Fl-1969, intużat bħala studio tal-films, magħruf bħala Intermed, u aktar tard, bħala Brittania Studios. L-istudjow kien jinsab eżattament wara l-Millenium Chapel, fejn issa hemm supermarket. Uħud mill-films li għamlu użu minn dan il-sound stage kienu: Orca the Killer Whale, Zeppelin, Murpheys War, The Mcintosh Man, Pulp, u Raise the Titanic, li jinkludu atturi bħal: Michael Cane, Mickey Roony, Charlotte Ramplin, Paul Newman, Peter O'Toole.

 
Is-sit tal-batterija issa huwa l-Portomaso Marina

Il-Lukanda Malta Hilton inbniet fl-1967 fuq is-sit tal-batterija. Il-lukanda u xi fdalijiet tal-batterija aktar tard ġew imwaqqgħin kompletament biex jagħmlu post għall- Portomaso Marina u lukanda Hilton ġdida.

Aktar qari

immodifika

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Guillaumier, Alfie (1987). Bliet u Rħula Maltin (bil-Malti). Valletta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. p. 707.
  2. ^ Stephenson, Charles (2004). The Fortifications of Malta 1530–1945. Osprey Publishing. p. 41. ISBN 1841766933. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-30.
  3. ^ "Spinola Bay to St Georges Bay Entrenchment" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-June 26, 2015. Miġbur 24 June 2015.
  4. ^ "9.2inch B.L." Victorian Forts and Artillery. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 August 2014. Miġbur 24 June 2015.
  5. ^ The Anzac experience in Malta. p. 9.
  6. ^ Debono, Charles (30 January 2011). "The blitz on HMS Illustrious 70 years ago". Times of Malta. Miġbur 24 June 2015.

Mudell:Batteries in Malta