Arslantepe

sit arkeoloġiku fit-Turkija

Arslantepe, magħrufa wkoll bħala Melid (bl-Ittit: Malidiya[1] u possibbilment anke Midduwa[2]; bl-Akkadjan: Meliddu[3]; bl-Urartjan: Melitea; bil-Latin: Melitene), kienet belt antika max-xmara Tohma, tributarja tal-parti ta' fuq tal-Ewfrate li tibqa' tiela' sal-muntanji Taurus. Ġiet identifikata mas-sit arkeoloġiku modern ta' Arslantepe ħdejn Malatya, it-Turkija.[4]

It-tpittir mal-fdalijiet tal-ħitan tat-tajn ta' Arslantepe

Tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bl-isem tat-Tumbata ta' Arslantepe fis-26 ta' Lulju 2021.[5]

Kalkolitiku Aħħari

immodifika

L-iżjed abitazzjoni bikrija fis-sit tmur lura għall-Kalkolitiku.[6]

Arslantepe (VII) saret importanti f'dan ir-reġjun fil-Kalkolitiku Aħħari. Fuq il-quċċata tat-tumbata kien hemm żona monumentali b'binja enormi tal-brikks tat-tajn. Din il-binja kbira kienet imżejna b'dekorazzjonijiet mal-ħitan u l-funzjoni tagħha mhijiex ċerta.

Değirmentepe

immodifika

Sit fil-qrib, Değirmentepe, li jinsab 24 kilometru fil-Grigal ta' Melid, huwa notevoli bħala l-post bl-iktar evidenza ċerta bikrija ta' tidwib tar-ram. [7] Is-sit inbena fuq biċċa roqgħa art żgħira fil-pjanura, madwar 40 kilometru mix-xmara Ewfrate.

Żmien il-Bronż Bikri

immodifika
 
Statwa ta' ljun tal-Ittiti

Sal-aħħar tal-perjodu tal-Uruk, l-iżvilupp kien kiber u kien inbena kumpless kbir ta' tempju/palazz.[8]

Kulturalment, Melid kienet parti mir-"reġjuni tat-Tramuntana tal-Mesopotamja ta' Fuq" u kienet tintuża bħala kolonja kummerċjali tul ix-xmara Ewfrate biex il-materja prima titwassal sas-Sumerja fil-Mesopotamja t'Isfel.

Instabu bosta similaritajiet bejn dawn is-saffi bikrin f'Arslantepe, u s-sit ta' Birecik (iċ-Ċimiterju tad-Diga ta' Birecik), li pjuttost kien inbena iktar 'il quddiem, fil-Lbiċ ta' Arslantepe.[9]

Għall-ħabta tat-3000 Q.K., fit-tranżizzjoni bejn Żmien il-Bronż Bikri I u II, kien hemm qerda u nirien mifruxa, u wara dan iż-żmien fiż-żona tfaċċat il-kultura tal-bċejjeċ tal-fuħħar ta' Kura-Araxes. Prinċipalment din il-kultura kienet tar-rgħajja u kellha rabta mal-muntanji tal-Kawkażu.[10]

Żmien il-Bronż Aħħari

immodifika

Fiż-Żmien il-Bronż Aħħari, is-sit sar ċentru amministrattiv ta' reġjun ikbar fir-renju ta' Isuwa. Il-belt ġiet iffortifikata sew, x'aktarx minħabba t-

 
Tinqix fil-ġebel fejn id-daħla tal-fdalijiet ta' Arslantepe

theddida tal-Ittiti mill-Punent. Is-sit huwa kulturalment influwenzat mill-Urjani, mill-Mitanni u mill-Ittiti.

Għall-ħabta tal-1350 Q.K., Suppiluliuma I tal-Ittiti ħakem lil Arslantepe fil-gwerra tiegħu kontra Tushratta ta' Mitanni. Dak iż-żmien, Arslantepe kienet il-belt kapitali reġjonali ta' Isuwa fil-fruntiera bejn l-Ittiti u l-Mitanni; u kienet leali għal Tushratta. Suppiluliuma I uża lil Arslantepe bħala bażi għall-kampanja militari tiegħu biex jisraq il-belt kapitali tal-Mitanni, Wassukanni.

Żmien il-Ħadid

immodifika

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ittit, mis-sekli 12 sa 7 Q.K., il-belt saret iċ-ċentru tal-istat Neo-Ittit Luwjan indipendenti ta' Kammanu. Inbena palazz u ttellgħu skulturi monumentali tal-ġebel ta' ljuni u tal-mexxej.

Il-wasla tar-re Assirjan Tiglath-Pileser I (1115-1077 Q.K.) wasslet biex ir-renju ta' Arslantepe jiġi mġiegħel jagħti ġieħ lill-Assirja. Arslantepe setgħet tkompli tkattar il-ġid sa meta r-re Assirjan Sargon II (722-705 Q.K.) seraq il-belt fis-712 Q.K. Fl-istess żmien, iċ-Ċimmerjani u x-Xiti invadew l-Anatolja u l-belt qabdet it-triq tan-niżla.

Skont Igor Diakonoff u John Greppin, x'aktarx li kien hemm preżenza Armena f'Arslantepe sal-1200 Q.K.[11]

Arkeoloġija

immodifika
 
Bassoriljiev Ittit li nstab f'Arslantepe u li issa jinsab għall-wiri fil-Mużew taċ-Ċivilizzazzjonijiet tal-Anatolja f'Ankara

Arslantepe ġiet investigata għall-ewwel darba mill-arkeologu Franċiż Louis Delaporte mill-1932 sal-1939.[12][13][14] Mill-1946 sal-1951 Claude F.A. Schaeffer wettaq xi esplorazzjonijiet fis-sit.

L-ewwel skavi Taljani fis-sit ta' Arslantepe bdew fl-1961, u twettqu taħt id-direzzjoni tal-Professuri Piero Meriggi u Salvatore M. Puglisi sal-1968.[15][16][17] L-għażla tas-sit inizjalment kienet dovuta għax-xewqa li jiġu investigati l-fażijiet Neo-Ittiti tal-okkupazzjoni tas-sit, perjodu li fih Malatya kienet il-belt kapitali ta' wieħed mill-iżjed renji importanti wara l-qerda tal-Imperu Ittit fl-iżjed fruntieri tal-Lvant tiegħu. Fis-snin 30 tas-seklu 20 instabu fdalijiet maestużi ta' dan il-perjodu f'Arslantepe wara li saret spedizzjoni Franċiża fil-post. L-Ittitologu Meriggi ħa sehem biss fl-ewwel ftit kampanji ta' skavi u mbagħad ħalla t-tmexxija tax-xogħlijiet f'idejn Puglisi, paleoetnologu, li espanda x-xogħlijiet u regolarment wettaq investigazzjonijiet annwali taħt il-permess regolari mill-gvern Tork. Alba Palmieri ħadet f'idejha s-superviżjoni tal-iskavi matul is-snin 70 tas-seklu 20.[18][19] Fil-bidu tas-seklu 21, l-investigazzjoni arkeoloġika tmexxiet minn Marcella Frangipane.[4]

Xwabel bikrin

immodifika
 
Uħud mix-xwabel li nstabu f'Arslantepe

L-ewwel xwabel magħrufa fiż-Żmien il-Bronż Bikri (madwar is-sekli 33 sa 31) huma bbażati fuq sejbiet f'Arslantepe minn Marcella Frangipane mill-Università ta' Ruma.[20][21][22] Instab senduq b'disa' xwabel u sejfijiet magħmulin minn liga ta' arseniku u ram. Fosthom, tlett ixwabel kienu ntarsjati bil-fidda b'mod mirqum.

Dawn l-armi għandhom tul totali ta' 45 sa 60 ċentimetru, u dan jissuġġerixxi d-deskrizzjoni tagħhom bħala xwabel qosra jew sejfijiet twal.

Dawn l-iskoperti saru fis-snin 80 tas-seklu 20. Ix-xwabel imorru lura għall-fażi lokali VI A. Barra minn hekk, instabu wkoll 12-il ponta tal-lanez.

Il-fażi VI A f'Arslantepe ntemmet bil-qerda u l-belt ingħatat in-nar. Iktar 'il quddiem, xi okkupanti ġodda wkoll ħallew warajhom xi armi tal-bronż, inkluż xwabel. Dawn instabu fil-qabar rikk tas-"Sinjur ta' Arslantepe", li huwa l-isem li ngħata lill-iskeletru tal-qabar mill-arkeologi. X'aktarx li kellu xi 40 sena meta miet, u permezz tad-datazzjoni bir-radjokarbonju l-qabar imur lura għat-3081 sal-2897 Q.K.[23]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

It-Tumbata ta' Arslantepe ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Ebeling, Erich; Meissner, Bruno; Calmeyer, Peter; Weidner, Ernst; Edzard, Dietz Otto (1997). Reallexikon der Assyriologie und vorderasiatischen Archäologie: Meek - Mythologie (bl-Ingliż). De Gruyter.
  2. ^ KBo V 8 IV 18. Op. cit. Puhvel, Jaan. Trends in Linguistics: Hittite Etymological Dictionary: Vol. 6: Words Beginning with M. Walter de Gruyter, 2004.
  3. ^ Hawkins, John D. Corpus of Hieroglyphic Luwian Inscriptions. Vol. 1: Inscriptions of the Iron Age. Walter de Gruyter, 2000.
  4. ^ a b Burney, Charles (2004-04-19). Historical Dictionary of the Hittites (bl-Ingliż). Scarecrow Press. pp. 185–186. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Arslantepe Mound". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-28.
  6. ^ Frangipane Marcella. The Late Chalcolithic IEB I sequence at Arslantepe. Chronological and cultural remarks from a frontier site. In: Chronologies des pays du Caucase et de l’Euphrate aux IVe-IIIe millénaires. From the Euphrates to the Caucasus: Chronologies for the 4th-3rd millennium B.C. Vom Euphrat in den Kaukasus: Vergleichende Chronologie des 4. und 3. Jahrtausends v. Chr. Actes du Colloque d’Istanbul, 16-19 décembre 1998. Istanbul : Institut Français d'Études Anatoliennes-Georges Dumézil, pp. 439-471, 2000.
  7. ^ "TAY-Site Age Details". www.tayproject.org. Miġbur 2022-03-28.
  8. ^ Frangipane Marcella. A 4th-millennium temple/palace complex at Arslantepe-Malatya. North-South relations and the formation of early state societies in the Northern regions of Greater Mesopotamia.. In: Paléorient, vol. 23, no. 1. pp. 45-73, 1997.
  9. ^ Schmidt-Schultz Tyedje, Schultz Michael, Sadori Laura, Palmieri A., Morbidelli Paola, Hauptmann Andreas, Di Nocera Gian Maria, Frangipane Marcella, New Symbols of a New Power in a "Royal" Tomb from 3 000 BC Arslantepe, Malatya (Turkey). Paléorient, 2001, vol. 27, n°2. pp. 105-139.
  10. ^ Frangipane, Marcella (2015). "Different types of multiethnic societies and different patterns of development and change in the prehistoric Near East". Proceedings of the National Academy of Sciences. 112 (30): 9182–9189. ISSN 0027-8424.
  11. ^ John A. C. Greppin and I. M. Diakonoff. Some Effects of the Hurro-Urartian People and Their Languages upon the Earliest Armenians Journal of the American Oriental Society Vol. 111, No. 4 (Oct. - Dec., 1991), p. 727.
  12. ^ Louis Delaporte, Malatya. La Ville et le Pays de Malatya, Review Hittites et Asian, vol. 2, no. 12, pp. 119-254, 1933.
  13. ^ Louis Delaporte, Malatya - Céramique du Hittite Recent, Review Hittites et Asian, vol. 2, no. 15, pp. 257-285, 1934.
  14. ^ Louis Delaporte, La Troisième Campagne de Fouille è Malatya, Review Hittites et Asian, vol. 5, no. 34, pp. 43-56, 1939.
  15. ^ S.M. Puglisi and P. Meriggi, Malatya I: Rapporto preliminare delle Campagne 1961 e 1962, Orientis Antiqui Collectio, vol. 7, 1964.
  16. ^ E. Equini Schneider, Malatya II: Rapporto preliminare delle Campagne 1963-1968. Il Livello Romano Bizantino e le Testimonianze Islamiche, Orientis Antiqui Collectio, vol. 10, 1970.
  17. ^ E. Equini Schneider, Malatya II: Rapporto preliminare delle Campagne 1963-1968. Il Livello Romano Bizantino e le Testimonianze Islamiche, Orientis Antiqui Collectio, vol. 10, 1970.
  18. ^ Alba Palmieri, "Excavations at Arslantepe (Malatya)," Anatolian Studies, vol. 31, pp. 101-119, 1981.
  19. ^ Alba Palmieri, "Arslantepe Excavations, 1982," Kazi Sonuçlari Toplantisi, vol. 5, pp. 97-101, 1983.
  20. ^ "Oldest Swords Found in Turkey by dekuNukem on DeviantArt". www.deviantart.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-28. Miġbur 2022-03-28.
  21. ^ Frangipane, M. et.al. 2010: The collapse of the 4th millennium centralised system at Arslantepe and the far-reaching changes in 3rd millennium societies. ORIGINI XXXIV, 2012: 237-260.
  22. ^ Frangipane, "The 2002 Exploration Campaign at Arslantepe/Malatya" (2004).
  23. ^ "Bronze Age Sword". www.bronsereplika.no. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-06-30. Miġbur 2022-03-28.