Arnold Cassola (twieled fil-21 ta' Novembru 1953) huwa politiku Malti, professor assoċjat tal-Letteratura Komparata fl-Università ta' Malta u eks-membru tal-partit tal-Alternattiva Demokratika .

Arnold Cassola
Deputat tar-Repubblika Taljana

21 April 2006 - 28 April 2008
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 21 Novembru 1953 (71 sena)
Nazzjonalità Malta
Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Pisa
Università ta' Malta
Lingwi Ingliż
Taljan
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi La Sapienza
University of Catania (en) Translate  (1981 -  1983)
Università ta' Malta  (1988 -

Bijografija

immodifika

Għallem fl-Università ta' Katanja (1981–83) u La Sapienza ta' Ruma (1983–88).

Fl-1999 ġie elett Segretarju Ġenerali tal-Partit Aħdar Ewropew. Bejn l-2008 u l-2009, u l-2013 u l-2017 kien ċermen tal-Alternattiva Demokratika. Fl-2004, il-Partit ippreżentah bħala kandidat għall-Parlament Ewropew fejn kiseb riżultat tajjeb ta' 9.3% tal-ewwel preferenzi. Dan iżda ma kienx biżżejjed biex jiġi elett bħala Membru tal-Parlament Ewropew.

Fl-2024 rega ikkontesta bhala kandidat indipendenti ghall-Parlament Ewropew fejn gab rizultat tajjeb u kien sahansitra fit tielet post ma l-ewwel count, izda ma rnexxielux jigi elett ghal biss 2,107 vot. Fl-ahhar ta l-ghadd gab 22,941 vot.

Serva ukoll għal xi żmien bħala Membru Parlamentari fil-Kamra tad-Deputati mal-Verdi.

Fl-2003 ġie onorat mir-Repubblika Taljana bl-unur Cavaliere della Repubblica Italiana għall-ħidma kulturali u r-relazzjonijiet bejn l-Italja u Malta.

Huwa awtur ta' diversi kotba fuq l-istorja, l-letteratura u l-kultura Maltija kif ukoll kotba fuq il-politika ekoloġista f'Malta u fl-Ewropa, flimkien ma' diversi artikli akkademiċi.

Ħoloq esterni

immodifika