Antonio Schembri
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Antonio Schembri (twieled f'April 1813 fil-Belt Valletta - miet f'Diċembru 1872) kien ornitologu Malti.
Antonio Schembri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, April 1813 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Diċembru 1872 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ornitologu entomologu |
Antonio Schembri kien aġent tat-tbaħħir. Huwa kiteb, bit-Taljan, Catalogo Ornitologico del Gruppo di Malta (1843) li huwa l-ewwel checklist xjentifiku tal-għasafar ta' Malta u wkoll Quadro Geografico Ornitologico Ossia Quadro Comparativo dell'Ornitologia di Malta, Sicilia, Roma, Toscana, Liguria, Nizza e la Provincia di Gard (ukoll fl-1843). Fi Quadro Geografico huwa qabbel il-firxa u l-ħabitats tat-tgħammir tal-għasafar ta' Malta, Sqallija, Ruma, it-Toskana, eċċ. f’lista tabulari. Huwa ppubblika wkoll, f'Bolonja, Vocabolario dei Sinonimi Classici dell'Ornitologia Europea (1846). Huwa kien ħabib u korrispondent ta' Luigi Benoit u kontributur (kien ukoll entomologu) għad-Dipterologiae Italicae prodromus ta' Camillo Róndani.
Referenzi
immodifika- Baccetti, Nicola; Sultana, Joe (2008). "Local ornithologists and the early study of central Mediterranean avifauna: the role of Schembri and Damiani in the Maltese and Tuscan Islands" (PDF). Proceedings of the California Academy of Sciences. 4. 59 (7): 111–116.
Ħoloq esterni
immodifika- Schembri, Antonio (1843). Catalogo ornitologico del gruppo di Malta (bit-Taljan). Malta: Tipografia Anglo-Maltese.