Anton Agius Muscat
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Anton Agius Muscat (Ħamrun, 19 ta’ April 1931 - 2 ta' Frar 2018) kien għalliem u awtur Malti.
Anton Agius Muscat | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħamrun, 19 April 1931 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 2 Frar 2018 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | University of London |
Lingwi |
Malti Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb għalliem |
Sħubija |
Royal Meteorological Society (en) L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti |
Studji
immodifikaStudja l-Liċeo, is-St Michael’s Training College u f’St Mary University College ta’ Twickenhan, l-Ingilterra.
Għalliem
immodifikaFl-1950 beda jgħallem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, fl-1960 laħaq assistent kap u fl-1970 inħatar Kap ta’ skola. Huwa rtira mis-servizz fl-1992.
Ħidma Favur il-Malti
immodifikaAgius Muscat hu magħruf aktar għall-ħidma tiegħu fil-Moviment tal-Malti u l-Għaqda Letterarja Maltija fejn ħa ħsieb jippreżenta diversi programmi letterarji fiż-żewġ għaqdiet.
Fl-1960 kien milqugħ bħala membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, magħrufa llum bħala l-Akkademja tal-Malti, u għal snin twal ħadem fil-kunsill kemm bħala Segretarju Relazzjonijiet Pubbliċi kif ukoll bħala Teżorier u Viċi President.
F’isem L-Akkademja tal-Malti organizza u mexxa erbatax-il programm televiżiv fl-1980/81 bl-isem Ħarsa mill-Qrib, li fihom it-telespettatur iltaqa’ ma’ kittieba anzjani.
Fl-1982, Karmenu Vassallo ddeskrivieh bħala “kontributur ħawtiel u lieżem fil-qasam ġurnalistiku Malti, b’ħemel ta’ kitba bl-Ingliż u bil-Malti ta’ qatgħa u xejra kulturali/edukattiva/soċjali."