Antechinomys
Antechinomys huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament il-kultarr, tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Antechinomys | |
---|---|
John Gould: Antechinomys laniger | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Sottofamilja: | Sminthopsinae |
Ġeneru: | Antechinomys Krefft, 1867 |
Speċi: | A. laniger |
Isem binominali | |
Antechinomys laniger (Gould, 1856) | |
Firxa ta' Antechinomys laniger |
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Sminthopsinae u fit-tribù Sminthopsini ma' 2 ġeneri oħra, li huma Ningaui u Sminthopsis.
Il-ġeneru Antechinomys huwa wieħed monotipiku u b' hekk jiġbor fiħ speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru għal żmien twil kienet ikklassifikata fil-ġeneru Phascogale ma' bosta speċi oħrajn, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżejjed biex tkun separata u ri-ikklassifikata f' ġeneru għalija weħidha).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kultarr, Sminthopsini, Sminthopsinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Antechinomys
immodifika- Ġeneru Antechinomys (Krefft,1867)
- Antechinomys laniger (Gould,1856)
Referenzi
immodifika- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.