Ningaui huwa ġeneru ta' mammiferi, eżattament in-Ningawijiet, tal-kontinent tal-Awstralja.

Ningauis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * N. ridei
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Sottofamilja: Sminthopsinae
Tribù: Sminthopsini
Ġeneru: Ningaui
Archer, 1975
Tip ta' speċi
Ningaui timealeyi
Archer, 1975

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Sminthopsinae u fit-tribù Sminthopsini ma' żewġ ġeneri oħra, li huma Antechinomys u Sminthopsis.

Il-ġeneru Ningaui jiġbor fih tlieta fost l-iżgħar speċi ta' marsupjali estanti jew ħajjin ftit akbar biss minn uħud mill-ispeċi membri fil-ġeneru Planigale. It-tliet speċi li huma jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira tal-Awstralja biss u fin-numru ta' speċi dan il-ġeneru huwa t-tieni l-akbar u l-aktar ta' suċċess fit-tribù Sminthopsini.

Dan kien wieħed mill-aħħar ġeneri ta' mammiferi marsupjali li ġie skopert xjentifikament u twaqqaf fl-1975.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Ningaui

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Groves, Colin (2005). Wilson, D. E., & Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.
  • Menkhorst, P. & Knight, F. 2001. A Field Guide to the Mammals of Australia. South Melbourne: Oxford University Press, ISBN 0-19-550870-X.