Sminthopsinae hija sottofamilja ta' mammiferi marsupjali. Din is-sottofamilja tiġbor fiha żewġ tribujiet, is-Sminthopsini u l-Planigalini, u bosta ġeneri u speċi kemm estinti kif ukoll estanti.

Sminthopsinae
Sminthopsis leucopus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: Sminthopsini

Planigalini

Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Archer, 1982
Sottofamilja: Sminthsopsinae
Firxa tas-sottofamilja Sminthopsinae

Fin-numru ta' ġeneri u speċi, is-sottofamilja Sminthopsinae hija l-iżgħar u għandha ħafna anqas diversità fil-morfoloġija, mis-sottofamilja l-oħra tal-familja Dasyuridae (għalkemm tiġbor fiha l-ġeneru Sminthopsis, l-aktar wieħed ta' suċċess fin-numru ta' speċi fl-ordni Dasyuromorphia).

Ġeneralment l-ispeċi tas-sottofamilja Sminthopsinae huma iżgħar fid-daqs minn dawk tas-sottofamilja Dasyurinae.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Groves, Colin (2005). Mammal Species of the World: A Taxonomic and Geographic Reference (bl-Ingliż) (3 ed.). Baltimore: Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.

Ħoloq esterni

immodifika