Andrea Petagna
Andrea Petagna (twieled fit-30 ta' Ġunju 1995) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant mal-klabb ta' Napoli.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 30 ta' Ġunju 1995 Trieste, Italja | ||
Tul | 1.90 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Napoli | ||
Numru | 37 | ||
Mixtliet | |||
Milan | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2012–2016 | Milan | ||
2013–2014 | → Sampdoria (self) | ||
2014–2015 | → Latina (self) | ||
2015 | → Vicenza (self) | ||
2015–2016 | → Ascoli (self) | ||
2016–2019 | Atalanta | ||
2016–2019 | Atalanta | ||
2018–2019 | → SPAL (self) | ||
2019–2020 | SPAL | ||
2020– | Napoli | ||
Tim nazzjonali | |||
2010–2011 | Italja U16 | ||
2011 | Italja U17 | ||
2013 | Italja U18 | ||
2013 | Italja U19 | ||
2015 | Italja U20 | ||
2016–2017 | Italja U21 | ||
2017– | Italja |
Karriera
immodifikaPetagna beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-akkademja ta' AC Milan, fejn kien membru tal-iskwadra tal-U15 li rebħet il-Campionato Nazionale Giovanissimi fl-2010 u membru tal-iskwadra tal-U17 li rebħet il-Campionato Nazionale Allievi fis-sena ta' wara.[1][2] Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fl-4 ta' Diċembru 2012, fejn ħareġ bħala sostitut fl-aħħar fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Zenit St. Petersburg, fejn Milan tilfu 0–1.[3]
Fil-bidu tal-istaġun 2013-14, Petagna ġie promoss għall-ewwel tim.[4] Hu għamel id-debutt tiegħu fis-Serie A fl-2013-08-24, billi ħareġ tard bħala sostitut fil-logħba tal-ftuħ, f'telfa ta' 2-1 barra minn darhom kontra t-tim promoss Hellas Verona.[5][6] Madankollu, wara l-akkwist ta' Alessandro Matri fil-jiem tard tat-tieqa ta' trasferiment tas-sajf, Milan iddeċidew li jippermettu lil Petagna jissieħeb b'self ma' Sampdoria sabiex jikseb ftit esperjenza tal-ewwel tim.[7] Sampdoria kellhom għażla li jagħmlu ftehim ta' ko-propjetà fl-aħħar tal-istaġun ta' self.[8] Minkejja dan, is-self kien terminat kmieni u Petagna irritorna ma' Milan f'Jannar, huwa lagħab ħames darbiet ma' Sampdoria iżda falla milli jiskorja.[9] Huwa spiċċa l-istaġun bi tliet apparenzi oħra, filwaqt li kien impjegat prinċipalment mill-iskwadra tal-U19 li kienet immexxija minn Filippo Inzaghi. Dan it-tim rebaħ it-Tazza Viareggio fi Frar, billi għeleb lil Anderlecht fil-finali, fejn Petagna skorja l-gowl tad-draw temporanju f'rebħa ta' 3–1.[10]
Fis-16 ta' Lulju 2014, Petagna kien imsellef ma' Latina Calcio fis-Serie B għall-istaġun 2014–15.[11] Fit-13 ta' Jannar 2015 huwa kien misluf lil Vicenza Calcio.
Fit-30 ta' Awwissu 2015 huwa ssieħeb ma' tim promoss ġdid fis-Serie B, Ascoli Picchio.[12]
Internazzjonali
immodifikaPetagna deher ħames darbiet mal-Italja U16 bejn l-2010 u l-2011.[13] Fl-2011, rebaħ dehra waħda mal-Italja U17.[13] Imbagħad, fl-2013, huwa għamel 8 dehriet u skorja żewġ gowls mal-Italja U18.[13] Fl-istess sena hu deher mal-Italja U19, hu għamel l-ewwel dehra tiegħu fl-24 ta' April.[13]
Statistika
immodifikaStatistiċi aġġornati fl-1 ta' Frar 2014..
Tim | Staġun | Kampjonat Domestiku |
Tazza Domestika |
Kompetizzjoni Ewropej1 |
Turnej Oħra2 |
Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Milan | 2012–13 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | – | 1 | 0 | |
2013 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | – | 1 | 0 | ||
Sampdoria | 2013–14 | 3 | 0 | 2 | 0 | – | – | 5 | 0 | ||
Milan | 2014 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | – | 3 | 0 | |
Latina Calcio | 2014-2015 | 7 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | – | 8 | 0 | |
Total tal-karriera | 10 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 18 | 0 |
1Il-kompetizzjonijiet Ewropej jinkludu l-UEFA Champions League.
2Turnej oħra jinkludu xejn sal-lum.
Referenzi
immodifika- ^ "Campionato Giovanissimi Nazionali 2009/10" (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2012-12-05.
- ^ "Campionato Allievi Nazionali 2010/11" (bit-Taljan). Associazione Calcio Milan. Miġbur 2012-12-05.
- ^ "Danny delivers as Zenit win at Milan" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-12-04. Miġbur 2012-12-05.
- ^ "Adriano Galliani: "Cristante and Petagna in the first team next season"" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2013-01-11. Miġbur 2013-08-25.
- ^ "Hellas Verona 2–1 Milan" (bl-Ingliż). Lega Nazionale Professionisti Serie A. 2013-08-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-26. Miġbur 2013-08-25.
- ^ "Petagna a MN: "Contento per l'esordio, peccato per la sconfitta. Spero di giocare in Champions"". milannews.it (bit-Taljan). 2013-08-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-27. Miġbur 2013-08-25.
- ^ Mazzara, Pietro (2013-08-29). "Matri al Milan, Petagna va in prestito alla Sampdoria". milannews.it (bit-Taljan). Miġbur 2013-09-02.
- ^ "A.C. Milan official communication" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2013-09-02. Miġbur 2013-09-02.
- ^ "A.C. Milan official communication" (bl-Ingliż). Associazione Calcio Milan. 2014-01-14. Miġbur 2014-01-14.
- ^ Richards, Alex (2014-02-18). "Watch AC Milan youngster Andrea Petagna produce magnificent individual effort in youth cup final" (bl-Ingliż). Daily Mirror. Miġbur 2014-07-14.
- ^ Mazzara, Pietro (2014-07-16). "Andrea Petagna in nerazzurro" (bit-Taljan). US Latina Calcio. Miġbur 2014-07-18.
- ^ "Ufficiale Petagna dal Milan. Prolunga il contratto Addae" (bit-Taljan). Ascoli Picchio FC 1898. 2015-08-30. Miġbur 2015-11-16.
- ^ a b ċ d "Andrea Petagna" (bit-Taljan). IFF. Miġbur 2012-12-05.
Ħoloq esterni
immodifika- Andrea Petagna fuq National-Football-Teams.com